Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© fotolia.com - Kwest

Id-diskriminazzjoni – komuni iktar milli taħseb!

Li tiġi trattat b'mod ġust hu dritt fundamentali fl-UE iżda d-diskriminazzjoni għadha teżisti f'bosta forom, u mhix dejjem faċli li tidentifikaha.

Huwa illegali li tiddiskrimina minħabba l-età, id-diżabilità, is-sess, ir-razza, ir-reliġjon jew l-orjentazzjoni sesswali. Madankollu, terz biss taċ-ċittadini tal-UE huma konxji minn dawn id-drittijiet. Għalhekk hu importanti li titgħallem dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħek. Iktar ma tkun infurmat tajjeb, iktar tkun tista' tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni.

 

Aġixxi!

Amnesty International toffrilek diversi għażliet kif tista' tingħaqad fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fl-Ewropa. Tista' żżid il-firma tiegħek fl-azzjonijiet web tagħhom, tikkummenta fuq il-blogg jew anke tingħaqad mal-organizzazzjoni.

Tista' tuża wkoll in-netwerks soċjali tiegħek biex tgħin fil-ġlieda kontra l-esklużjoni tal-persuni b'diżabilità. End Exclusion tissuġġerilek tibgħat it-tweets tiegħek lill-politiċi tal-UE, taqsam il-filmati favoriti tiegħek dwar l-inklużjoni u d-diżabilità jew li tagħmel il-filmat tiegħek.

 

Forom ta' diskriminazzjoni

Id-diskriminazzjoni diretta tiġri meta persuna tiġi trattata inqas tajjeb minn oħrajn minħabba xi ħaġa li mhix rilevanti, bħall-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Pereżempju: meta sid ta' ħanut jirrifjuta li jimpjega persuna kwalifikata minħabba r-razza jew l-oriġini etnika tagħha.

Id-diskriminazzjoni indiretta tiġri meta regoli, kriterji jew prattiki li jidhru newtrali jiżvantaġġaw lill-persuni fuq il-bażi tar-razza jew tal-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali sakemm dil-prattika ma tiġix ġustifikata b'mod oġġettiv b'għan leġittimu.  Pereżempju, ħanut li waqqaf lill-istaff tiegħu milli jilbsu l-kpiepel meta jaqdu lill-konsumaturi għandu jwaqqaf lil kwalunkwe persuna li taħdem hemm li tgħatti rasha għal raġunijiet reliġjużi, bħal ħafna nisa Musulmani.

 

Ikseb l-għajnuna

Qatt ħassejt li ġejt diskriminat? Sib fejn għandek tmur għall-għajnuna u l-pariri.