Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© iStockphoto.com - sjlocke

Ibda ċċaqlaq mal-Move Week!

L-isport u l-attività fiżika jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tiegħek billi jagħtuk iktar saħħa u enerġija u jgħinuk tindirizza aħjar l-istress u torqod aħjar. Ibda ċaqlaq l-affarijet ma' Move Week!

Is-sena Ewropea tal-isport u l-attività fiżika hi kampanja annwali Ewropea li tippromwovi l-isport u l-attività fiżika u l-effett pożittiv tagħhom fuq is-soċjetajiet Ewropej.

Fl-2012, l-ewwel Move Week għaqqdet flimkien individwi, organizzazzjonijiet u bliet mill-Ewropa f'ċelebrazzjoni kbira ta' sport u attività fiżika bil-motto 100 Miljun Ewropew oħra attivi fl-isport u l-attività fiżika.

 

X’jiġri?

Matul il-ġimgħa, l-organizzazzjonijiet jew l-ibliet li jipparteċipaw jorganizzaw avvenimenti biex jimmobilizzaw liċ-ċittadini ħalli jingħaqdu flimkien u jipparteċipaw fl-isport jew attivitajiet fiżiċi oħrajn: klabbs li jintroduċu lil dawk li mhumiex membri għall-għażla ta' sport li joffru, tlielaq tal-mixi, avvenimenti ta' ġiri, żfin u ġinnastika – kwalunkwe attività popolari li tista' tattira lin-nies.

England Basketball u Foundation 4 Life organizzaw il-Fantastic Basketball Festival, f'Londra, li kien miftuħ għaż-żgħażagħ bejn 13 u 25 sena. Kien jikkonsisti f'turnament tal-baskitbol 3 kontra 3, provi għad-dilettanti u finali miftuħa għall-kategoriji kollha.

Il-klabb tal-isport Vlasta Syslová, f'Benesov (ir-Repubblika Ċeka) organizza waranofsinhar ta' eżeċizzju fuq magni fil-beraħ, mixi Nordiku u taħditiet dwar il-bżonn ta' attività fiżika sana.

Fuq kollox l-essenzjal kien li jinħoloq ambjent ta' divertiment filwaqt li jitħeġġu l-isport u l-attività fiżika, u li l-komunità lokali tinġabar madwar attività komuni.

 

Impenja ruħek fil-Move Week

Il-MOVE WEEK hi miftuħa għall-etajiet kollha fl-Ewropa kollha kemm hi. Billi tieħu sehem fl-attivitajiet tal-Ġimgħa, int u l-organizzazzjoni tiegħek, il-belt jew il-komunità tiegħek se tgawdu mill-benefiċċji għal iktar minn ġimgħa waħda biss. Tista' tistenna:

  • iktar kuntatt fost il-komunità
  • dehra pożittiva tal-organizzazzjonijiet sportivi u tal-belt tiegħek bħala promoturi tal-attività fiżika u tas-solidarjetà
  • iktar viżibbiltà ta' x'joffru l-organizzazzjoni jew il-belt tiegħek f'termini ta' sport
  • iktar għarfien dwar il-benefiċċji tal-isport u l-attività fiżika
  • preżentazzjoni pożittiva tal-organizzazzjoni sportiva u tal-infrastruttura soċjali u fiżika li toffri l-belt tiegħek
  • netwerks u relazzjonijiet usa' fil-livelli nazzjonali u internazzjonali
  • promozzjoni attiva tal-organizzazzjoniji sportiva, istituzzjoni jew belt tiegħek mal-popolazzjoni lokali u fil-livell internazzjonali.