You are here

flag

Pubblikat: 16/04/2013 09:48

Għalfejn is-SVE?

Li tmur f'pajjiż ieħor fuq proġett tas-SVE mhijiex deċiżjoni li għanek tagħmel ta' malajr. Jekk taħseb ftit, tippjana minn qabel u tibqa' motivat, il-probabbiltà li tiddiżappunta ruħek waqt il-proġett ikun ħafna aktar baxx!

A picture

© iStockphoto.com - skynesher

Qabel ma tikkommetti ruħek għas-Servizz Volontarju Ewropew (SVE), hemm xi mistoqsijiet li għandek tistaqsi:

  • X'inhi l-motivazzjoni personali tiegħi? Dan jappoġġalek il-ħeġġa waqt li tkun għaddej bil-proġett.
  • F'liema qasam nixtieq nimpenja ruħi? Kollha kemm aħna għandna interessi personali; kun realist u onest miegħek innifsek.
  • Għal kemm żmien nixtieq nikkommetti ruħi? (Dan jinkludi ż-żmien biex issib il-proġett, it-tħejjija, l-amministrazzjoni, it-taħriġ, is-servizz innifsu u s-segwitu)
  • Kemm għandi żmien?

Tiffokax fuq pajjiż speċifiku imma fuq reġjun. Ħares lejn il-proġetti mill-perspettiva ta' x'tixtieq titgħallem. Ftakar: Is-SVE mhuwiex impjieg jew apprendistat, lanqas ma hu missjoni umanitarja, kors ta' lingwa jew vaganza!

 

X'jgħid ħaddieħor

"Kienet sfida għalija li mmur f'pajjiż bix-xita fejn ma kont naf xejn, lanqas il-lingwa. Issa kuntenta li għamilha. Tgħallimt aktar minn dak li kont qed nistenna. Kont libera ħafna fil-proġetti u għalhekk ħdimt fuq affarijiet differenti: mal-utenti tas-servizz, fl-organizzazzjoni ta' attivitajiet u avvenimenti, fuq xogħol ma' volontiera oħra, fl-istatistika, fl-aġġornament tal-websajt tal-organizzazzjoni, eċċ."

Agathe Friquet minn Franza, kellha 22 meta pparteċipat fi proġett tas-SVE bejn Lulju tal-2010 u Ġunju tal-2011. Ħadmet fil-Ħostel Backlane, wieħed mill-istabbilimenti ta' Depaul Trust li joffru kenn għal persuni bla saqaf fuq rashom f'Dublin (l-Irlanda).

 

Jekk diġà għandek proġett …

Iġbor l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-pajjiż u l-proġett, partikolarment jekk din hija l-ewwel esperjenza tiegħek li tgħix f'pajjiż differenti jew jekk sejjer xi mkien maqtugħ għalih. Tiddejjaqx tibgħat ħafna mistoqsijiet lill-Organizzazzjonijiet li se jibagħtuk, jilqgħuk, jew jikkoordinaw il-proġett. Jekk trid aktar informazzjoni, ipprova kkuntattja l-Aġenzija Nazzjonali, l-Aġenzija Eżekuttiva  jew iċ-Ċentri tar-Riżorsi SALTO għall-Ewropa tal-Lvant, u l-Kawkażu , iż-żona Ewro-Mediterranja, u x-Xlokk tal-Ewropa.