Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.


Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Sport u attività fiżika

A picture
© fotolia.com - zaretskaya

Festival Olimpiku taż-żgħażagħ Ewropej: Olimpijadi żgħar taċ-ċampjins ta' għada

Organizzati fix-xitwa u s-sajf qisu kull sentejn jew ftit aktar, il-Festivals tal-Logħol Olimpiku taż-Żgħażagħ Ewropej huma l-avvenimenti ewlenin għall-atleti żgħażagħ Ewropej li jixtiequ esperjenza internazzjonali. Il-Festivals juru lill-atleti parteċipanti l-aspetti kollha ta' Logħob Olimpiku reali.

Il-Festival tal-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ Ewropej (EYOF), li tnieda fl-1990 bl-isem ta’ "Il-Jiem Olimpiċi għaż-Żgħażagħ Ewropej", hu l-uniku avveniment bi sports differenti fl-Ewropa u hu inizjattiva tal-Assoċjazzjoni tal-Kumitati Olimpiċi Ewropej (EOC). Bl-EYOF, l-Ewropa mxiet mat-tradizzjoni ta' kontinenti oħra, bħall-Asja, li diġà kellhom il-logħob tagħhom.

 

Min jieħu sehem?

Il-Festivals tal-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ Ewropej tas-Sajf u tax-Xitwa huma maħsubin għall-atleti żgħażagħ mill-Ewropa kollha li għandhom bejn 14 u 18-il sena. Fil-festivals tas-sajf jieħdu sehem madwar 2,500 parteċipant, filwaqt li fix-xitwa jkun hemm madwar 1,300 parteċipant.

Id-disa' sports Olimpiċi li jagħmlu parti mill-EYOF huma: l-atletika, il-baskitbol, iċ-ċikliżmu, il-ġinnastika, il-ħendbol, il-ġudo, l-għawm, it-tenis u l-volibol.

Tista' tkun parti mill-EYOF bħala voluntier f'wieħed mill-Festivals.

 

"Dan il-Festival jipprovdi lill-atleti żgħażagħ Ewropej b'motivazzjoni kbira, peress li jagħti sens lill-karrieri tagħhom mill-bidu nett."
Jacques Rogge, President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjoni u fundatur tal-EYOF

 

Dwar xiex inhu?

Il-prinċipji tal-EYOF huma bbażati fuq il-Karta Olimpika ta' Pierre de Coubertin. L-avveniment għandu jikkontribwixxi għal dinja aħjar b'iktar paċi billi, f'dan il-każ, iż-żgħażagħ jiġu edukati permezz tal-isport. Fi ħdan l-ideal Olimpiku, il-logħob jgħin biex jinħoloq fehim reċiproku mingħajr ebda forma ta' diskriminazzjoni u permezz tal-ħbiberija, is-solidarjetà u l-fair play.

Il-EYOF jimxi fuq l-istess linji bħal-Logħob Olimpiku: It-tnejn li huma għandhom ċerimonji tal-ftuħ u tal-għeluq, il-fjamma Olimpika tinxtegħel matul il-festival kollu, jindaqq l-innu nazzjonali b'unur għar-rebbieħa, u jittellgħu l-bnadar ta' dawk kollha li jirbħu medalja.