Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© fotolia.com - lznogood

Fejn tista' taqsam l-opinjoni tiegħek?

Hemm modi differenti kif tista' twassal l-ideat tiegħek, bħall-votazzjoni jew id-Djalogu Strutturat. Iżda jekk mhux żmien l-elezzjoni jew jekk il-kwistjoni tiegħek mhix eżattament relatata mal-politika, hemm modi oħra kif tista' ssemma' leħnek.

Minn kwistjonijiet politiċi, suġġetti relatati maż-żgħażagħ, is-soċjetà, is-saħħa jew id-drittijiet tal-bniedem. Fuq il-post jew mingħajr ma toħroġ minn darek. Agħti daqqa t'għajn lejn dawn il-postijiet kollha fejn tista' ssemma' leħnek.

 

Il-Leħen Tiegħek fl-Ewropa jippermettilek tikkontribwixxi fil-proċess tat-tfassil tal-politika tal-Kummissjoni Ewropea billi tagħti l-input tiegħek fil-konsultazzjonijiet, id-diskussjonijiet u mezzi oħra. Il-Kummissjoni trid tisma' l-ideat tiegħek, tirċievi l-kritika tiegħek, u titgħallem mill-esperjenzi tiegħek.

 

L-Agora taċ-Ċittadini għandha l-għan li sservi ta' rabta bejnek u l-Parlament Ewropew. Taħdem bħala opportunità għalik biex tieħu sehem fid-diskussjonijiet fuq l-aġenda leġiżlattiva tal-Parlament. L-Agora tista' toħroġ b'politiki konkreti bbażati fuq l-esperjenzi ta' kuljum.

 

Il-Forum taż-Żgħażagħ tal-UNESCO jlaqqa' d-delegati żgħażagħ minn madwar id-dinja kollha biex jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom, jirriflettu u jidentifikaw it-tħassib u l-problemi komuni.

 

L-Ilħna Żgħażagħ tal-UNICEF huwa post onlajn għaż-żgħażagħ biex jitgħallmu aktar dwar kwistjonijiet li jaffettwaw id-dinja. Fuq din il-pjattaforma, żgħażagħ minn madwar id-dinja jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom, jesploraw, jiddiskutu u jieħdu azzjoni dwar problemi globali.

 

L-Ilħna Dinjin Onlajn hi komunità internazzjonali u multilingwi ta' blogs, ritratti u podcasts minn aktar minn 130 pajjiż, biex tgħin lin-nies madwar id-dinja biex jaċċessaw u jippubblikaw informazzjoni dwar il-komunità tagħhom. Tista' tingħaqad billi tibgħat ideat jew issir awtur.