You are here

flag

Pubblikat: 22/04/2013 16:38

Erasmus ma jiqafx ladarba tkun iggradwajt

Jekk int deċiż li trid tibda n-negozju tiegħek jew jekk diġà għandek negozju, Erasmus għall-Intraprendituri Żgħażagħ jagħtik l-opportunità li taħdem ma' intraprenditur bl-esperjenzja f’pajjiż ieħor tal-UE.

A picture

© fotolia.com - goodluz

Matul 6 xhur, tkun tista’ titgħallem kif tmexxi n-negozju tiegħek aħjar, u tkattru. Fl-istess ħin, tkun qed toffri perspettiva ġdida lill-intraprenditur li jospitak.

 

Min jista' japplika?

L-iskema hi miftuħa għal dawk li jixtiequ jsiru intraprendituri jew għall-intraprendituri ġodda. Irid ikollok jew:

  • pjanijiet definiti biex tibda negozju, ibbażat fuq pjan ta' negozju vijabbli

jew

  • negozju tiegħek matul l-aħħar 3 snin

Il-programm m'għandux limitu ta' età u l-kumpanija jew l-attività tiegħek tista' tkun fi kwalunkwe settur.

Jistgħu japplikaw kandidati minn kwalunkwe pajjiż tal-UE. Jekk int minn pajjiż barra mill-UE tista' tapplika wkoll, sakemm tkun resident permanenti u bi ħsiebek tibda n-negozju tiegħek f'pajjiż tal-UE.

 

Kif tapplika

Imla l-formola ta' reġistrazzjoni onlajn u agħżel il-punt ta' kuntatt lokali l-aktar qrib fejn tgħix. Dawn għandhom jiggwidawk matul il-proċess. Jekk ma ssib l-ebda punt ta' kuntatt xierqa f'pajjiżek, tista' tikkuntattja wieħed mill-100 punt lokali f’pajjiżi oħra.

 

Erasmus għall-Intraprendituri Żgħażagħ joffri esperjenza li tarrikkixxi u tabilħaqq konkreta, li nirrakkomanda lil kull min serjament jixtieq jibda n-negozju tiegħu. L-iskambju tiegħi kien estremament utli biex nifhem l-ambjent, ir-regoli u l-proċedura biex nibda n-negozju tiegħi,okkażjoni essenzjali biex bnejt netwerk utli.
Maurizio Alì, mill-Italja, qatta' 6 xhur fl-Assoċjazzjoni Yepe fi Franza.

 

Erasmus għall-Intraprendituri Żgħażagħ jipprovdik b'għajnuna finanzjarja li tikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-pajjiż tas-soġġorn u l-ispejjeż tal-ħajja (partikolarment għall-akkomodazzjoni). Madankollu, għandek tkun lest li toħroġ flus minn butek biex tkopri spejjeż oħrajn.