You are here

flag

Pubblikat: 26/04/2013 12:19

Djalogu strutturat – tista' ssemma' leħnek

Djalogu strutturat huwa diskussjoni bejn iż-żgħażagħ u dawk li jfasslu l-politika dwar ċerti temi, biex jiġi żgurat li l-opinjoni taż-żgħażagħ titqies fid-definizzjoni tal-politiki tal-UE dwar iż-żgħażagħ.

A picture

© fotolia.com - Aaron Amat

Minn fejn għandek tibda

Tista' tieħu sehem fil-proċess tad-Djalogu Strutturat fi kwalunkwe mis-27 pajjiż tal-UE billi tikkuntattja direttament lill-Grupp ta' Ħidma Nazzjonali tiegħek.

 

Il-Gruppi ta' Ħidma Nazzjonali jagħmlu konsultazzjonijiet f'pajjiżhom maż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u dawk li jfasslu l-politika. Id-Djalogu Strutturat għandu l-għan li jindirizza liż-żgħażagħ kollha, fosthom dawk b'inqas opportunitajiet jew mhux organizzati formalment.

 

X'inhu r-riżultat?

Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet nazzjonali kollha huma miġbura f'dokumenti ta' sfond għall-Konferenzi taż-Żgħażagħ tal-UE fejn rappreżentanti taż-żgħażagħ u dawk li jfasslu l-politika għandhom l-opportunità li jaħdmu flimkien u jippreżentaw messaġġ konġunt lill-UE. Il-Konferenzi taż-Żgħażagħ tal-UE jsiru darbtejn fis-sena u huma ospitati mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-UE.

Ir-riżultat ideali jkun li l-pajjiż tal-Presidenza jippromwovi r-rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza taż-Żgħażagħ tal-UE u jippreżentahom lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill jista' mbagħad jadotta Riżoluzzjoni jew Konklużjonijiet.

 

X'sar s'issa?

It-tieni ċiklu tad-Djalogu Strutturat ġie konkluż f'Novembru 2012. Dan iċ-ċiklu inbena madwar it-tema tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika u kien maqsum fi 3 temi sekondarji marbuta ma' prijoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-Presidenza tal-UE: Iż-żgħażagħ u d-Dinja (il-Polonja); Il-Kreattività u l-Innovazzjoni (id-Danimarka); u l-Inklużjoni Soċjali (Ċipru).

 

 “Id-Djalogu Strutturat spjegat b'mod sempliċi