Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.


Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Saħħa fiżika

A picture
© fotolia.com - Alexander Raths

Azzjoni kontra l-HIV

Hu stimat li, fl-aħħar tal-2011, fir-reġjun Ewropew kien hawn madwar 2.3 miljun persuna bl-HIV. Kif tista' tiġġieled kontra dan il-vajrus?

L-HIV (Human immunodeficiency virus) jattakka s-sistema immunitarja tiegħek, u jinterferixxi mal-kapaċità ta' ġismek li jiġġieled kontra l-vajrusijiet, il-batterji u l-fungi li jikkawżaw il-mard.  Jekk l-infezzjoni ma tiġix identifikata u trattata, is-sistema immunitarja tiddgħajjef bil-mod il-mod u tiżviluppa l-AIDS (Acquired Immune Deficiency Syndrome) – kundizzjoni kronika li thedded il-ħajja. L-HIV jista' jinxtered permezz ta' kuntatt sesswali, mid-demm jew mill-omm għall-wild.

 

Il-Jum Dinji kontra l-AIDS

Kull sena, fl-1 ta' Diċembru, il-Jum Dinji kontra l-AIDS jgħaqqad persuni mid-dinja kollha biex ixerrdu informazzjoni dwar l-HIV/AIDS u juru solidarjetà internazzjonali quddiem il-pandemija. Din hi opportunità biex wieħed isir jaf iżjed u jitħeġġeġ progress fil-prevenzjoni, it-trattament u l-kura tal-HIV/AIDS. Bejn l-2011 u l-2015 il-Jum Dinji kontra l-AIDS se jkollu t-tema "Nilħqu ż-żero: ebda infezzjoni ġdida tal-HIV. Ebda diskriminazzjoni. Ebda mewta relatata mal-AIDS".

Madankollu, tista' tappoġġa l-Jum Dinji kontra l-AIDS is-sena kollha billi taġixxi kontra l-HIV. Dan ifisser li ssib il-fatti dwar l-HIV u tuża l-għarfien tiegħek biex tipproteġi ruħek u lill-oħrajn.  Fis-sit worldaidsday.org tista' ssib bosta ideat kif tista' taġixxi. 

 

Fondi għall-proġett tiegħek

Staying Alive Foundation tal-MTV tappoġġa proġetti taż-żgħażagħ li qed jiġġieldu biex jegħlbu l-HIV fil-komunitajiet lokali tagħhom bl-iktar modi innovattivi.

Mistennija sejħa ġdida għall-proposti f'nofs l-2014.

 

Żomm ruħek informat

Il-Global Youth Coalition on HIV/AIDS (GYCA) toffri lill-membri tagħha korsijiet-e ta' xahar dwar il-Ġestjoni tal-Proġetti, l-Azzjoni Politika, il-Kitba ta' Proposta għal Għotja u Ġbir ta' Fondi u Tħejjija għall-Konferenza Internazzjonali dwar l-AIDS.

Normalment ikun hemm kors fix-xahar, b'bejn 20 u 25 parteċipant magħżula skont l-esperjenza li jkollhom fl-HIV/AIDS, l-impenn tagħhom li jitrasferixxu l-ħiliet li jiksbu ma' sħabhom fil-livell lokali, il-lokalità ġeografika u l-ġeneru. Iż-żgħażagħ li jgħixu bl-HIV u/jew li huma parti minn grupp emarġinat jingħataw prijorità matul il-proċess tal-għażla Jekk int interessat f'wieħed minn dawn il-korsijiet, għandek tiċċekkja l-iskeda tal-korsijiet-e għall-iskadenzi rilevanti.