Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Impjiegi

A picture
© shutterstock.com - Petrenko_Andriy

Au pair barra minn pajjiżek – jekk tħobb taħdem mat-tfal

Bħala au pair – membru temporanju ta' familja li tospitak – tista' tikseb esperjenza tax-xogħol u tal-ħajja f'kultura oħra.

L-au pairs jieħdu ħsieb tat-tfal f'familja u jistgħu jkunu mistennija li jgħinu fix-xogħol tad-dar ta' kuljum ukoll. Bħala kumpens, il-familja toffri akkomodazzjoni full-board u ftit flus. Ikollok is-sigurtà soċjali u tkun kopert għas-saħħa, iżda normalment ikollok tħallas għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar inti stess.

 

Sakemm ma jkollokx kuntatti personali, l-aħjar mod biex issib post simili hu billi tuża aġenzija jew organizzazzjoni speċjalizzata, għalkemm trid tkun lest li tħallashom miżata żgħira għal dan.

 

X'inhuma l-kundizzjonijiet ewlenin?

  • Il-biċċa l-kbira tal-au pairs għandhom bejn 18 u 24 sena (għalkemm xi aġenziji jakkomodaw au pairs sa 30 sena).
  • M'hemmx perjodu stabbilit – xi au pairs imorru biss għas-sajf, oħrajn imorru għal sena jew aktar.
  • Irid ikollok għarfien bażiku tal-lingwa tal-pajjiż li se jospitak.
  • Mhux essenzjali li jkollok esperjenza speċifika – għalkemm jgħin jekk tista' turi li taf tmur mat-tfal.
  • Liċenzja tas-sewqan mhix dejjem meħtieġa, iżda tkun vantaġġ.

 

Kif tibda?

  • Ippjana minn kmieni – normalment ma jkunx hemm skadenzi biex tapplika, iżda ħu ż-żmien li hemm bżonn biex issib l-aħjar familja għalik u ċċaraw il-formalitajiet kollha.
  • Iċċekkja ma' aġenziji u organizzazzjonijiet kwalifikati għal postijiet ta' au pair (ara hawn taħt). Jekk teħtieġ l-għajnuna, ikkuntattja l-eqreb EURODESK.

 

Fejn tfittex:

Au pair box – għażla wiesgħa ta’ aġenziji au pair kwalifikati, b'chat room u forum għall-iskambju tal-esperjenzi

Au pair search – faċilità ta' tiftix globali biex issib familja ospitanti jew aġenzija au pair, pariri dwar il-permessi tax-xogħol u forum ta' diskussjoni

Au pair world – bażi tad-dejta dinijija tal-au pair

Find au pair - biex tqabbel au pairs ma’ familji mid-dinja kollha, forum ta’ diskussjoni, informazzjoni dwar il-viża u links għal aġenziji

International Au Pair Association - aċċess għall-organizzazzjonijiet attivi fl-aspetti kollha tal-au pair u programmi ta' skambji kulturali