Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© NATO Facebook Page

Apprendistati man-NATO

Aħdem man-NATO biex tiddefendi l-membri tagħha u żżomm id-demokrazija u l-paċi – permezz ta' apprendistat imħallas ta' 6 xhur.

Tista' tapplika?

Biex tkun eliġibbli:

  • għandu jkollok iktar minn 21 sena u trid tkun ċittadin ta' pajjiż membru tan-NATO
  • għandek tkun student tal-università jew tkun iggradwajt reċentement (inqas minn sena) Jekk għadek tistudja, għandek tkun lestejt l-ewwel sentejn tal-kors tal-università jew l-ekwivalenti
  • għandek tkun taf sew waħda mil-lingwi uffiċjali tan-NATO (Ingliż/Franċiż)

 

Kif tapplika?

Applika onlajn f'April billi timxi mal-istruzzjonijiet fuq il-paġna dwar il-Programm tal-Apprendistat tan-NATO. Ikollok bżonn tibgħat: il-formola ta' applikazzjoni tiegħek, is-CV u ittra ta' motivazzjoni.

 

Skadenzi!

Issir biss sejħa waħda fis-sena: minn April sa Lulju għas-sena ta' wara (tista' tibda f'Marzu u Settembru). Tista' ssib id-dati eżatti fuq il-websajt tal-Programm.

 

X'tirċievi?

Minbarra li tingħata kompiti interessanti u opportunitajiet eċċitanti, se tirċievi:

  • paga - €800 fix-xahar, qabel it-taxxa Tista' tipprova wkoll tikseb iktar fondi, bħal borża ta' studju jew għotja.
  • spejjeż tal-ivvjaġġar - €1,200 (għall-vjaġġ lejn u mill-Belġju)
  • liv – wara 3 xhur, tkun intitolat għal jumejn u nofs liv fix-xahar.

 

Informazzjoni ta' sfond

Wara t-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (iffirmat fl-4 ta' April 1949) l-għan ewlieni tan-NATO hu s-salvagwardja tal-libertà u s-sigurtà għall-pajjiżi membri tagħha permezz ta' mezzi politiċi u militari.