Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© shutterstock.com - Andresr

Apprendistati mal-Parlament Ewropew

Tixtieq issir Membru tal-Parlament Ewropew għal pajjiżek? Ibda issa billi tapplika għal apprendistat imħallas u biex tieħu idea dwar kif jaħdem il-Parlament. Tista' tagħżel bejn il-ġurnaliżmu jew tema ġenerali.

L-apprendistati Robert Schuman huma miftuħa għall-gradwati tal-università biss. L-għan huwa li tikkomplementa l-għarfien li tkun akkwistajt matul l-istudji tiegħek u tiffamiljarizza ruħek mal-Parlament Ewropew. Kif tapplika

Għall-għażla ġenerali trid turi li pproduċejt għadd sostanzjali ta' dokumenti miktuba, bħala parti mir-rekwiżiti għal lawrja universitarja jew għal ġurnal xjentifiku.

Għall-għażla ġurnalistika, għandek turi wkoll esperjenza professjonali jew kwalifika fil-ġurnaliżmu.

Jekk tilħaq dawn il-kundizzjonijiet, tista' timla l-formola ta' applikazzjoni onlajn. Tista' tibgħat biss applikazzjoni waħda għal għażla target="_blank"waħda ta' apprendistat.

 

L-iskadenzi!

L-apprendistati mħallsa huma ta' 5 xhur u jibdew fl-1 ta' Marzu u fl-1 ta' Ottubru ta' kull sena.

Tista' tapplika:

  • għas-sessjoni ta' Marzu mill-15 ta' Awwissu sal-15 ta' Ottubru tas-sena preċedenti
  • għas-sessjoni ta' Ottubru mill-15 ta' Marzu sal-15 ta' Mejju tal-istess sena.

 

Jekk tintgħażel

Hemm dokumenti differenti li għandek tipprovdi ladarba tintgħażel:

  • kopja tal-passaport jew tal-karta tal-identità tiegħek
  • kopja tal-lawrja/i tal-università
  • ittra minn professjonist li jista' jipprovdi valutazzjoni oġġettiva tal-kapaċitajiet tiegħek
  • għall-kandidati tal-għażla ġenerali – prova ta' xogħol bil-miktub (attestazzjoni, il-qoxra ta' ktieb, id-diploma, eċċ.)
  • għall-kandidati tal-għażla ġurnalistika – pubblikazzjoni jew sħubija ma' assoċjazzjoni tal-ġurnalisti f'pajjiż tal-UE jew diploma fil-ġurnaliżmu rikonoxxuta f'membru tal-UE jew fil-pajjiżi applikanti.