Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.


Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Xjenza u innovazzjoni

A picture
© shutterstock.com - watcharakun

Apprendistati fl-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni

Interessat fil-qasam tas-sigurtà tan-networks u l-informazzjoni? Għax ma tapplikax għal apprendistat tal-ENISA fi Kreta? Jekk tingħażel, tgħaddi minn 3 sa 5 xhur takkwista esperjenza prattika u tagħrif dwar ix-xogħol ta’ kuljum tal-aġenzija.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) taħdem dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-informatika fl-Unjoni Ewropea, dan jinkludi s-sigurtà tan-networks u tal-informazzjoni għall-UE u l-pajjiżi membri, biex b'hekk il-kompjuters, il-mowbajls, l-attivitajiet  bankarji u l-Internet tagħna jiffunzjonaw kif suppost sabiex tkun appoġġata l-ekonomija diġitali tal-Ewropa.

 

Int eliġibbli?

Biex tkun eliġibbli għal apprendistat fl-ENISA, jeħtieġlek:

  • tkun gradwat/a żagħżugħ/a, tkun akkwistajt reċentement diploma universitarja jew tkun għadek fil-bidu ta’ karriera professjonali ġdida – preferibbilment b’diploma fix-xjenza tal-kompjuter, il-matematika jew il-fiżika.
  • tkun ċittadin/a ta’ pajjiż mill-UE jew ta' pajjiż kandidat, għalkemm jeżistu wkoll għadd limitat ta’ postijiet vakanti għal ċittadini li mhumiex minn Stati Membri.
  • ikollok għarfien tajjeb ħafna tal-Ingliż u ta' lingwa oħra tal-UE.

Jekk diġà tkun ibbenefikajt minn kwalunkwe apprendistat jew impjieg f’istituzzjoni jew entità Ewropea, ma tkunx eliġibbli għal apprendistat tal-ENISA. Lanqas ma jista’ jkollok kwalunkwe rbit professjonali ma' terżi partijiet li jista' jkun inkompatibbli mal-apprendistat jew teżerċità kwalunkwe impjieg bi flus ieħor matul l-apprendistat.

 

Kif tapplika?

Jeħtieġlek tiċċekkja b’mod regolari l-postijiet vakanti fil-websajt tal-ENISA, billi l-għadd ta’ apprendistati offruti f’kull dipartiment jiġi deċiż kull sena. Jekk issib post vakanti li jgħodd għalik, imbagħad tista’ tippreżenta l-formola ta' applikazzjoni tiegħek b’mod elettroniku.

 

L-apprendisti jirċievu għotja ta’ €700 fix-xahar u r-rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom lejn il-Greċja u lura.