Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Dinja Bla Perikli

A picture
© OSCE Facebook Page

Apprendistat fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE)

Is-sigurtà hi parti importanti minn ħajjitna, u l-OSCE tkopri t-tliet dimensjonijiet tagħha: id-dimensjoni politiko-militari; id-dimensjoni ekonomika u ambjentali; u d-dimensjoni umana. Sib kif tista' ssir parti minnha!

B'aktar minn 56 pajjiż membru fl-Ewropa, l-Amerika ta' Fuq u l-Asja Ċentrali, l-OSCE tieħu ħsieb il-kontroll tal-armi, id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-minoritajiet, il-libertajiet fundamentali, id-demokratizzazzjoni, l-istrateġiji għall-pulizija u t-terroriżmu. Tista' ssir parti minnha – permezz ta' apprendistat mhux imħallas ta' 2-6 xhur!

 

Tista' tapplika?

Biex tkun eliġibbli:

  • għandu jkollok inqas minn 30 sena u għandek tkun fl-aħħar sena tal-istudji tiegħek, jew tkun gradwajt reċentement (massimu ta' sena).
  • għandek tkun ċittadin ta' wieħed mill-pajjiżi parteċipanti tal-OSCE
  • għandek tkun taf sew l-Ingliż
  • għandek tkun taf tuża l-kompjuters

 

Kif tapplika?

L-apprendistati jinħolqu biex jaqblu mal-ħtiġijiet u l-faċilitajiet tad-dipartimenti tal-OSCE. Ta' min tiċċekkja l-websajt tar-reklutaġġ tal-OSCE biex toqgħod attent għall-postijiet battala u tapplika direttament mal-istituzzjoni jew fil-qasam fejn tixtieq tagħmel l-apprendistat.