Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© European Commission

Apprendistat fid-delegazzjoni tal-UE tan-Nazzjonijiet Uniti

Issa tista' taħdem mal-UE u man-NU fl-istess ħin – b'apprendistat fid-delegazzjoni tal-UE għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York. Sib kif.

L-UE għandha status ta' Osservatur permanenti fin-NU. Id-delegazzjoni tagħha taħdem man-NU prattikament fl-aspetti kollha ta' ħidmiethom: il-politiki għall-iżvilupp, il-bini tal-paċi, l-għajnuna umanitarja u oħrajn.

 

X'tagħmel bħala apprendist?

Bħala apprendist fid-delegazzjoni tal-UE issegwi l-ħidma tal-entitajiet tan-NU bħall-Kunsill tas-Sigurtà, l-Assemblea Ġenerali u d-diversi kumitati, kif ukoll il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali

Meta tkun taħdem mal-uffiċjali tad-Delegazzjoni, tintalab tabbozza rapporti u informazzjoni għall-Kwartieri Ġenerali tal-Kummissjoni fi Brussell u għad-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni madwar id-dinja kollha.

 

Tista' tapplika?

Biex tkun eliġibbli:

  • għandek tkun ċittadin tal-UE
  • għandek tkun lestejt tal-anqas 3 snin mill-kors fil-livell universitarju preferibbilment fix-xjenza politika, l-ekonomija, l-istudji dwar l-iżvilupp, l-istudji ambjentali u l-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-għajnuna umanitarja
  • għandu jkollok għarfien tajjeb tal-Ingliż
  • għandek tkun kopert b'assigurazzjoni medika u b'assigurazzjoni kontra l-aċċidenti, valida għall-Istati Uniti u l-Kanada.

Sfortunatament, ma tistax tapplika jekk tkun diġà segwejt taħriġ intern jew jekk tkun ħdimt ma' kwalunkwe istituzzjoni jew entità tal-UE għal aktar minn 6 ġimgħat.

 

Kif tapplika?

Imla l-formola ta' applikazzjoni u ibgħatha lill-Koordinatur tal-apprendistat. Kun ċert li l-applikazzjoni tiegħek ikun fiha l-formola ta' applikazzjoni, is-CV tiegħek, ittra ta' motivazzjoni u referenza minn professuri jew minn min iħaddmek.

 

Attent għall-iskadenzi!

Id-Delegazzjoni toffri 3 apprendistati volontarji fis-sena għal 3-6 xhur. Biex issib l-applikazzjoni li jmiss, fittex fuq il-websajt European Union @ United Nations.