You are here

flag

Pubblikat: 07/05/2013 14:36

Apprendistat dwar id-drittijiet tal-bniedem fin-NU

Ippromwovi u ipproteġi d-drittijiet tal-bniedem fil-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (NU OHCHR) fl-Isvizzera matul apprendistat ta' 2-6 xhur.

A picture

© United Nations

Xi tkun qed tagħmel?

Bħala apprendist mal-OHCHR tkun involut:

  • fir-riċerka dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem
  • fl-abbozzar ta' dokumenti u rapporti ta' analiżi
  • fil-provvediment ta' sostenn amministrattiv fil-laqgħat
  • fit-twettiq ta' operazzjonijiet fuq il-post u tkun qed tappoġġa attivitajiet oħra tal-OHCHR

 

Int eliġibbli biex tapplika?

Biex tapplika:

  1. għandek tkun irreġistrat fi programm ta' studju postuniversitarju (jew livell ekwivalenti) tul l-apprendistat kollu
  2. għandu jirnexxilek tikseb il-viża neċessarja biex tivvjaġġa fl-Isvizzera.
  3. għandek tkun tista' tkopri l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż tal-għajxien.
  4. jekk tintgħażel, għandek tipprovdi prova ta' assigurazzjoni medika valida għall-mawra tiegħek fl-Isvizzera, u tipprovdi ċertifikat mediku li jiddikjara li int f'saħħa tajba u għandek tipprovdi wkoll prova li int irreġistrat fi studji postuniversitarji (jew l-ekwivalenti).
  5. għandek tkun tista' tikkomunika tajjeb bl-Ingliż u/jew bil-Franċiż.

 

Kif tista' tapplika?

Ibgħat formola ta' applikazzjoni għal apprendistat flimkien mad-dokumenti meħtieġa. Tista' ssib aktar dettlaji dwar il-proċess ta' applikazzjoni u x'għandek bżonn fil-websajt tal-OHCHR.

 

Skadenzi!

L-OHCHR jorganizza żewġ kampanji ta' apprendistati fis-sena:

  • l-applikazzjonijiet għall-għażla ta' Mejju/Ġunju għandhom jaslu sat-30 ta' April
  • l-applikazzjonijiet għall-għażla ta' Novembru/Diċembru għandhom jaslu sal-31 ta' Ottubru

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu aċċettati wkoll barra l-kampanja ta' għażla.

L-apprendistati huma għal minimu ta' xahrejn u jistgħu jiġġeddu għal massimu ta' 6 xhur.