Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Arti u divertiment

A picture
© shutterstock.com - Diego Cervo

Agħmel pass lil hinn mal-Fondazzjoni Kulturali Ewropea

L-"ECF STEP Beyond Travel Grant" tiffinanza l-artisti prospettivi u l-ħaddiema kulturali biex jesploraw u jiskambjaw l-opinjonijiet, il-kapaċitajiet u l-ispirazzjoni fl-Ewropa u fil-pajjiżi ġirien. Tidher interessanti?

Il-Fondazzjoni Kulturali Ewropea tappoġġa proġetti li jsegwu tliet prinċipji ewlenin: jagħtu s-setgħa lill-persuni permezz tal-arti u l-kultura, jgħaqqdu s-sorsi ta' tagħrif, u jillinkjaw il-politika u l-prattika kulturali.

 

Int eliġibbli biex tapplika?

Jekk int artist jew ħaddiem kulturali minn pajjiż Ewropew jew pajjiż ġar u l-età tiegħek hi anqas minn 35 sena, allura tista’ tapplika. L-ECF tappoġġa kull xorta ta’ espressjoni artistika u kulturali: mużika, arti viżiva, teatru, żfin, film, dokumentarju, multimidja, fotografija, disinn, moda u bini tal-kapaċità kulturali. Jekk għadek qed taħsibha, ipprova l-wiżard tal-eliġibilità tal-ECF biex issir taf għandekx tapplika!

 

Limiti ta' żmien?

M’hemmx limiti ta’ żmien fissi għall-programm "STEP beyond”, għalhekk tista’ tibgħat l-applikazzjoni tiegħek matul is-sena kollha. Kun ċert li taqra l-linji gwida minn qabel! Normalment il-proċess ta’ għażla jieħu sa xahar, iżda jista’ jieħu aktar fit-tul matul il-perjodi tal-vaganzi.

 

Informazzjoni ta’ sfond

Mill-2003 ’l hawn, l-għotjiet għall-ivvjaġġar STEP Beyond appoġġaw il-moviment ta’ mijiet ta’ persuni li qasmu l-fruntieri Ewropej. Fl-2011, l-ECF ta 261 għotja individwali għall-ivvjaġġar (għal 845 applikazzjoni) li l-ammonti tagħhom kienu jvarjaw bejn €250 u €700 kull waħda.