Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Involvi ruħek

A picture
© European Union

Agħżel ir-rwol tiegħek fil-Mudell tal-Unjoni Ewropea

Tixtieq ikollok l-esperjenza ta' Membru tal-Parlament Ewropew, Ministru tal-Kunsill tal-UE, ġurnalist, lobbyist jew interpretu? Ingħaqad fis-simulazzjoni tal-proċess tal-approvazzjoni tal-liġijiet ġodda fl-Unjoni Ewropea.

Il-Mudell tal-Unjoni Ewropew (MUE) huwa simulazzjoni dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u jsir kull sena fi Strasburgu.

Il-parteċipanti jirreplikaw ix-xogħol tal-istituzzjonijiet Ewropej fil-Parlament Ewropew, jiddiskutu żewġ proposti kontroversjali veri abbozzati mill-Kummissjoni Ewropea. Filwaqt li l-MEPs (Membri tal-Parlament Ewropew) u l-Ministri tal-Kunsill tal-UE jissimulaw il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-lobbyists jippruvaw jinfluwenzaw iż-żewġ entitajiet, il-ġurnalist jirrapporta dwar l-iżvilupp tad-diskussjonijiet li jkunu għaddejjin u l-interpreti jinterpretaw id-dibattiti lejn il-lingwa nattiva tagħhom jew għall-Ingliż.

 

"Immaġina li għal ġimgħa tqum u torqod bl-għarfien tad-deċiżjonijiet tiegħek li joħolqu l-Ewropa. Immaġina post komdu fil-Kunsill - mhux sempliċement siġġu iżda pjuttost ħarsa lejn il-futur. Immaġina wkoll 200 persuna jew iktar lebsin sabiħ, intelliġenti, brillanti u ġudizzjużi, inkredibbli għall-mod kif iħarsu lejn il-futur, il-preżent u l-Ewropa. Fi kliem ieħor, aħjar ma timmaġina xejn għaliex is-simulazzjoni se tissorprendik għal kollox żgur!"
Joanna Mikova (Ministru tal-Kunsill, 2011)

 

Min jista' japplika?

Iż-żgħażagħ bejn 18 u 26 sena li huma residenti ta' pajjiż tal-UE, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera, it-Turkija.

L-applikanti għandhom ikunu kurjużi dwar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet Ewropej u kapaċi jieħdu sehem attiv fid-dibattitu.

 

Kif tapplika

Agħżel rwol mill-5 rwoli disponibbli u segwi l-proċedura ta' applikazzjoni.