Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Saħħa mentali

A picture
© shutterstock.com – YanLev

Aħrab mill-perikli onlajn!

Iż-żgħażagħ iqattgħu ħafna ħin fuq l-Internet, fuq il-kompjuter jew fuq il-mobwajl. Iżda ċert li qed tipproteġi ruħek waqt li tisserfja l-web?

Hu importanti li żżomm dejjem f'moħħok li kulma tpoġġi onlajn isir pubbliku għal dejjem. Jekk titfa’ filmat, ritratt jew kitba, ma jibqgħux jappartjenu għalik biss. Meta tqiegħed kwalunkwe informazzjoni personali fuq bloggs, profili soċjali u message boards, dan jista' jkun perikoluż u jwassal għal abbuż onlajn. Għalhekk, tagħmilx jew tgħidx onlajn dak li ma tagħmilx wiċċ imb wiċċ u qiegħed biss affarijiet li ma jimpurtax li n-nies jarawhom jew isiru jafu dwarhom.

 

Ipproteġi lilek innifsek onlajn

Ins@fe jagħti xi regoli u pariri bażiċi biex tipproteġi ruħek onlajn u kull fejn tmur onlajn, mil-logħob saċ-chatting sa sempliċi divertiment. Tista' tikseb parir ukoll miċ-ċentru nazzjonali ta' sensibilizzazzjoni tiegħek.

Għal mod divertenti biex titgħallem dwar kif tipproteġi ruħek onlajn, il-logħba tal-Kunsill tal-Ewropa Through the Wild Web Wood hi għażla tajba.

 

Aqsam din l-informazzjoni offlajn

Tista' tniżżel il-fuljett Ikseb lura l-kontroll tad-dejta personali tiegħek mis-sit tal-Kummissjoni Ewropea u tippromwovi komportamenti tajbin onlajn fost sħabek u l-familja tiegħek, fl-iskola jew il-komunità tiegħek.