Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Ġimgħa Ewropea tal-Isport

© shutterstock.com - Diego Cervo
II-Ġimgħa Ewropea tal-Isport annwali hi maħsuba biex tinkoraġġixxi stil ta' ħajja għal saħħa aħjar permezz tal-attività fiżika. Din tiffoka fuq inizjattivi fil-livell lokali, u twassal għal opportunitajiet għal kulħadd - irrispettivament mill-età, min fejn ġejjin jew il-livell ta' fitness.

F'Settembru 2015, il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport ġabret eluf ta' avvenimenti f'34 pajjiż. Iffukat fuq:       
 

  • l-ambjent tal-edukazzjoni
  • il-post tax-xogħol
  • l-attivitajiet fil-beraħ
  • klabbs sportivi
  • ċentri ta' fitness.

 

L-avveniment prinċipali kien dak rappreżentattiv tal-Ġimgħa li sar fid-9 ta' Settembru fi Brussell. Dan ġabar flimkien dawk responsabbli mit-teħid ta' deċiżjonijiet, kollaboraturi, u esperti mill-UE biex jiskambjaw l-aħjar prattika, jiddibattu l-kwistjonijiet u jsibu ideat ġodda biex jippromwovu l-attivitajiet fiżiċi. Saru attivitajiet sportivi, sessjonijiet ta' ħidma, konferenza u ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet għall-aqwa inizjattivi fil-livell lokali fl-Ewropa.

 

Links relatati

Ibda ċċaqlaq mal-Move Week!

Stħarriġ ta' Ewrobarometru dwar iż-Żgħażagħ

Pubblikat: Erb, 25/11/2015 - 12:21


Tweet Button: 


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!