Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Iġri għall-karità

© shutterstock.com - Warren Goldswain
Mod kif tkun f'saħħtek u tiġbor il-flus għal kawża ġusta hu billi tieħu sehem f'ġirja għall-karità

Agħżel organizzazzjoni tal-karità

Jekk tħobb tiġri, aħseb biex tagħmel ġirja għall-karità. Agħżel organizzazzjoni tal-karità jew kawża li tfisser xi ħaġa għalik u din iżżommok motivat. 

 

Applika mal-organizzazzjoni tal-karità li għaliha tixtieq tiġbor il-flus u għidilhom kemm qed tippjana li tiġbor u kif se twettaq il-pjan tiegħek. Huma jibagħtulek pakket għall-ġbir tal-flus u jagħtuk parir dwar kif tieħu l-aktar minn din l-esperjenza.

 

Ibda iġri

Jekk ma tantx ġrejt s'issa, segwi dawn il-pariri: 

  1. Qis li jkollok il-ħwejjeġ adatti. Ħwejjeġ tal-ġiri ta' kwalità tajba huma essenzjali. Staqsi għal parir f'ħanut li jispeċjalizza fil-ġiri biex tkun żgur li għandek papoċċ tal-ġiri li jagħti appoġġ tajjeb lil saqajk.
  2. Ħu ħsieb tiegħek innifsek. Kul dieta bilanċjata u tkomplix tpejjep jekk tista', peress li jkun iktar diffiċli biex tiġri.
  3. Agħmilha bil-mod korrett. Dellek protezzjoni għax-xemx u kun żgur li tistreċċja sew qabel ma tibda u żomm dahrek dritt u ħu nifs fil-fond waqt li tkun qed tiġri.
  4. Tgħaġġilx. Biex tiġri maratona għandek bżonn il-paċenzja. Ipprepara lilek innifsek xhur qabel b'taħriġ regolari. Fil-bidu ibda iġri distanzi qosra fuq toroq ċatti. Iġri bil-mod biżżejjed biex iżżomm l-istess pass mill-bidu sal-aħħar.
  5. Żomm ruħek idrat. Ixrob ilma regolarment, qabel u waqt il-ġirja tiegħek.
  6. Żomm kont tal-progress tiegħek. Uża app fuq l-ismartphone tiegħek jew pedometru biex tgħodd il-passi tiegħek, jew żomm reġistru tal-ġiri biex iżżomm ruħek motivat.
  7. Iġri ma' ħbieb. Dejjem tieħu aktar gost jekk tiġri ma' oħrajn – iġri ma' xi ħbieb jew ingħaqad ma' klabb tal-ġiri biex tiltaqa' ma' ġerrejja oħrajn.

 

Sib aktar dwar avvenimenti tal-ġiri fl-Ewropa fuq Marathon Runners Diary u Ahotu Marathons.

Pubblikat: Ġim, 13/11/2015 - 10:20


Tweet Button: 


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!