Salva lis-siġar

Id-deforestazzjoni qed tipprogressa b'rata allarmanti - il-foresti jkopru madwar 30% tal-erja tal-art tad-dinja iżda bejn l-1990 u l-2005 ntilfu 3%. Id-deforestazzjoni twassal għall-erożjoni tal-ħamrija u żieda fir-riskju ta' għargħar, u hi assoċjata ma' madwar 15-20% tal-emissjonijiet globali ta' CO2. Agħti ħarsa lejn il-mappa interattiva ta' Global Forest Watch biex tara kemm intilfet kopertura tas-siġar f'dawn l-aħħar 15-il sena.
Kif tista' tgħin biex issalva l-foresti
- Uża l-karti biss għal affarijiet essenzjali – evita li tipprintja wisq
- Uża jew agħmel il-karta riċiklata tiegħek stess.
- Ħawwel siġra
- Ixtri għamara użata
- Xerred il-kelma mal-ħbieb u l-familja
- Ingħaqad jew appoġġa organizzazzjonijiet tal-foresti (ara links relatati)
Skopri aktar:
Politiki tal-UE dwar il-foresti jew relatati mal-foresti
Strateġija tal-Bijodiversità tal-UE għall-2020.
Strateġija tal-UE għall-Foresti ġdida: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti (2013)
Pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti jew strumenti ekwivalenti
Pubblikat: Ġim, 13/11/2015 - 10:56
New!
Info for young people in the western balkans