Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Pjan ta’ Azzjoni għax-Xogħol fost iż-Żgħażagħ u għall-Politika dwar iż-Żgħażagħ

Action Plan
X’għandu jsir biex tiġi promossa l-integrazzjoni Ewropea fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent? Biex twieġeb dik il-mistoqsija, il-Laqgħa Ewropea għaż-Żgħażagħ tal-Balkani tal-Punent, li saret f’Ljubljana, ipproponiet Pjan ta’ Azzjoni għal Ħidma fost iż-Żgħażagħ u għall-Politika dwar iż-Żgħażagħ.

F'Settembru 2016, f’Ljubljana, ltaqgħu 55 ħaddiem li jaħdmu fost iż-żgħażagħ, persuni li jfasslu l-politika u partijiet ikkonċernati fil-Laqgħa Ewropea għaż-Żgħażagħ tal-Balkani dwar l-Ikkonnettjar tal-Ħidma fost iż-Żgħażagħ u tal-Politika dwar iż-Żgħażagħ biex jiġi żgurat li l-ħidma fost iż-żgħażagħ ikollha sehem fl-iżvilupp ta’ politika dwar iż-żgħażagħ.

 

Il-parteċipanti, minn 15-il pajjiż tal-Programm Erasmus+ u pajjiżi sħab fil-Balkani tal-Punent, ressqu Pjan ta’ Azzjoni li jinkludi is-suġġerimenti li ġejjin għall-ħidma fost iż-żgħażagħ u dwar il-politika dwar iż-żgħażagħ:        
 

§  Tisħiħ tal-edukazzjoni ċivika f’ambjenti ta’ edukazzjoni mhux formali 


§  Trawwim tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ f’tagħlim mhux formali 


§  Inkuraġġiment tal-parteċipazzjoni attiva ta’ żgħażagħ fit-tfassil tal-politika 


§  Żvilupp tal-litteriżmu permezz tal-ħidma fost iż-żgħażagħ 


§  Tisħiħ tal-promozzjoni u tal-aċċess għall-programmi eżistenti 


§  Ħolqien ta’ rabtiet aktar viċini bejn l-edukazzjoni formali u mhux formali

 

Il-pjan ressaq suġġerimenti għal dawk li jaħdmu fost iż-żgħażagħ u għal dawk li jfasslu l-politika dwar iż-żgħażagħ f’oqsma bħaċ-ċittadinanza Ewropea, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, l-inklużjoni soċjali, l-impjiegi taż-żgħażagħ, l-immaniġġjar tal-passat u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u l-estrimiżmu.

 

Għaliex? Fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent, il-kriżi ekonomika, flimkien mal-kriżi tar-refuġjati, wasslet għal xettiċiżmu li kulma jmur qed jiżdied dwar l-Unjoni Ewropea u instigat żieda fl-estremiżmu nazzjonali u fil-populiżmu tal-lemin.

 

B’rispons, il-Proċess ta’ Berlin jipprova jrawwem stabbiltà u sigurtà permezz ta’ rbit u appoġġ aktar b’saħħithom mar-reġjun tal-Balkani tal-Punent. Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-proċess jinsab fil-qafas tal-Aġenda Pożittiva għaż-Żgħażagħ tal-Balkani tal-Punent, inizjata mis-Slovenja fis-Summit ta’ Brdo tal-2015 u segwita fl-2016 bil- Konferenza Nikkonnettjaw iż-Żgħażagħ f’Pariġi.

Pubblikat: Erb, 20/12/2017 - 12:10


Tweet Button: 

Links relatati


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!