Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Kun af aktar dwar iċ-Ċina — “kull fejn tmur, mur b'qalbek kollha”

Confucius Temple, Shanghai, China
© Edo - Flickr, CC by 2.0
Tixtieq tkun taf dwar l-oriġini ta’ dan l-għerf? L-għarfien tiegħek dwar il-kultura Ċiniża limitat għal menu tar-ristorant Ċiniż, u trid tibdel dan? Skopri aktar dwar iċ-Ċina permezz tal-Istituti Konfuċju.

Il-korsijiet tal-Istitut Konfuċju huma mmirati lejn il-promozzjoni tal-kultura Ċiniżi barra mill-pajjiż. Prinċipalment dan jinvolvi lezzjonijiet tal-ilsien Mandarin, imma l-Istitut jipprovdi wkoll tagħlim kulturali aktar komprensiv. Fuq il-portal tal-Istitut Konfuċju Onlajn tista’ taqra dwar l-ikel Ċiniż, il-kung fu, l-ivvjaġġar, l-opra u l-letteratura, pereżempju.

 

Iċċekkja l-mappa biex issib l-eqreb Istitut Konfuċju f’pajjiżek!

 

Konfuċju (479-551 BC) kien għalliem, editur, politikant u filosfu Ċiniżi li x-xogħol tiegħu kellu influwenza kbira fuq kif jaħsbuha n-nies fiċ-Ċina u partijiet oħra tal-Asja. Ix-xogħlijiet tiegħu u kliemu huma wkoll magħrufa sew fl-Amerika u l-Ewropa.

 

Forsi inti diġà tuża xi kwotazzjonijiet minn dan ir-raġel kbir:

 1 Dak li ma tixtieqx fuqek, tagħmlux lil ħaddieħor.

 2 Ma jimpurtax kemm timxi bil-mod, l-aqwa li ma tieqafx.

 3 Kollox għandu s-sbuħija tiegħu iżda mhux kulħadd jaraha.

 4 Kull fejn tmur, mur b'qalbek kollha.

 5 Irrispetta ruħek u l-oħrajn jirrispettawk.

Pubblikat: Erb, 18/03/2015 - 16:11


Tweet Button: 

New!


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!