Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Uża l-ħin liberu tiegħek b'mod tajjeb

© iStockphoto.com - asiseeit
Jekk għandek il-ħin liberu, għax ma tagħmilx xi ħaġa għal ħaddieħor?

Agħmel differenza

Qatt xtaqt tagħmel xi ħaġa li vera trendi l-ġid? Jekk għandek bejn 17 u 30 sena, ikkunsidra l-volontarjat barra pajjiżek mal-programm ta' Servizz Volontarju Ewropew (SVE). Applika kmieni (madwar sena qabel jekk tkun tista') biex tkun ċert li ssib l-aħjar proġett għalik.

 

Segwi dawn l-istruzzjonijiet biex tapplika għal proġett ta' SVE f'pajjiż Ewropew.

 

Jekk ma tista' ssib xejn, tippanikjax! Hemm ħafna aktar organizzazzjonijiet li jorganizzaw proġetti ta' volontarjat barra pajjiżek.
 

Kun parti mill-komunità

Jekk tieħu gost taħdem fl-arja aperta u tiltaqa' ma' nies ġodda, aħseb ftit dwar volontarjat residenzjali. Ħafna drabi, proġett residenzjali jikkonsisti minn xogħol volontarju ta' 2-4 ġimgħat ma' grupp internazzjonali li jkun qed jaħdem fuq proġett ta' komunità lokali jew proġett ambjentali. Aqra l-artiklu tagħna dwar volontarjat residenzjali.

 

Taħriġ waqt l-impjieg

It-traineeship hi waħda mill-aqwa modi kif tista' tikseb esperjenza professjonali u titgħallem dwar impjieg f'pajjiżek jew barra pajjiżek. Il-biċċa l-kbira tat-traineeships idumu minn 3 xhur sa sena, għalhekk hu aħjar jekk tagħmilha wara li tispiċċa l-istudji tiegħek, jew bħala parti mill-programm ta' studju tiegħek. Iċċekkja t-taqsima tagħna "aħdem u tgħallem" kif ukoll il-paġna tal-UE dwar it-traineeships għall-gradwati biex issib l-offerti ta' bħalissa ta' traineeships, u aqra l-artiklu tagħna dwar it-traineeships għal aktar informazzjoni.

 

Opportunitajiet oħrajn barra pajjiżek

Onlajn hemm disponibbli aktar opportunitajiet ta' studju jew xogħol barra pajjiżek.

 

Id-"Deadline Reminder" ta' Eurodesk jipprovdi dettalji dwar skadenzi li jkunu resqin qrib, inklużi għal programmi ta' taħriġ u stazzjonamenti. Issib stazzjonamenti ta' volontarjat tal-aħħar minuta fil-paġna ta' Eurodesk "Last Minute Offers".

 

Jekk tieħu gost taħdem mat-tfal, aħseb dwar xogħol bħala au pair, ċans biex tgħix ma' familja barra pajjiżek u titgħallem il-lingwa waqt li tgħin fil-kura tat-tfal u x-xogħol tad-dar.

 

Jew tista' tikkunsidra impjieg staġjonali f'pajjiż Ewropew ieħor.

 

Links relatati

Sejjer tgħix barra pajjiżek

Xogħol f'pajjiż Ewropew ieħor

L-ivvjaġġar fl-Ewropa

 

 

 

Pubblikat: Tne, 09/11/2015 - 11:15


Tweet Button: 

New!


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!