Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Ibda negozju f’pajjiż ieħor tal-UE

© fotolia.com - FotolEdhar
© fotolia.com - FotolEdhar
Hemm intraprenditur ġo fik li jrid joħroġ? Evita li tintilef f’xebgħa burokrazija u skopri dwar il-proċeduri u r-rekwiżiti f’pajjiżi oħra.

Bħala ċittadin tal-UE, għandek dritt tibda negozju fi kwalunkwe pajjiż tal-UE jew li tistabbilixxi fergħa sussidjarja ta’ negozju eżistenti bbażat fl-UE fi Stat Membru ieħor. Ir-rekwiżiti huma differenti għal kull pajjiż, u għalhekk huwa importanti li taqra dwar il-proċeduri li trid tgħaddi minnhom. Biex nagħmluhielek faċli kemm jista’ jkun, poġġejna xi links hawn taħt fejn tista’ ssib l-informazzjoni li teħtieġ. 

 

L-UE tħeġġeġ l-Istati Membri tagħha biex jilħqu ċerti miri; għandek tkun tista':

  • tistabbilixxi negozju f’mhux aktar minn tlett ijiem ta’ xogħol;
  • tħallas mhux aktar minn €100;
  • tittratta l-proċeduri kollha permezz ta’ korp amministrattiv wieħed;
  • timla l-formalitajiet ta’ reġistrazzjoni kollha onlajn;
  • tirreġistra kumpanija f’pajjiż ieħor tal-UE onlajn (permezz ta’ punti ta’ kuntatt uniku).

 

Peress li dawn huma biss rakkomandazzjonijiet (mhux regoli), ibda billi tiskopri kemm se jqumlek flus fil-prattika biex twaqqaf negozju, kemm jieħu żmien u jekk hemmx korp amministrattiv uniku biex jgħinek fil-pajjiż fejn tixtieq tibda n-negozju tiegħek.

 

Permezz tal-portal għan-negozji ġodda fuq “L-Ewropa tiegħek”, tista’ tiċċekkja r-rekwiżiti aktar fid-dettall għal kull pajjiż, jiġifieri l-liġijiet li trid tqis u l-proċeduri amministrattivi li se jkollok tgħaddi minnhom. Barra minn hekk, "L-Ewropa Tiegħek" għandha informazzjoni dwar kwistjonijiet bħall-VAT u d-dwana, il-bejgħ f'pajjiż ieħor, ir-rekwiżiti tal-prodotti u tikketti ambjentali.

 

Jekk tixtieq tmexxi n-negozju tiegħek f’aktar minn pajjiż wieħed tal-UE, tista’ tikkunsidra li twaqqaf Kumpanija Ewropea (societas europaea). Permezz ta’ dan tkun tista’ tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tiegħek lejn pajjiż ieħor tal-UE mingħajr ma jkollok toqgħod twettaq stralċ. Tkun tista' wkoll tinvolvi persunal impjegat f’aktar minn pajjiż wieħed.

 

Tixtieq tara xi jfisser li tkun intraprenditur f’pajjiż ieħor tal-UE? Mur fuq Erasmus għal Intraprendituri Żgħażagħ, sib pariri u suġġerimenti minn intraprenditur bl-esperjenza għal sitt xhur u ara l-intrapriża tiegħek tikber!

Pubblikat: Ħam, 19/03/2015 - 12:41


Tweet Button: 

New!


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!