Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Tgħallem lingwa permezz ta’ skambju ta’ konverżazzjoni!

©Fotolia.com
Jekk tixtieq taħkem lingwa, użaha! Warrab l-iskuża tas-soltu li m’għandek lil ħadd ma min tipprattika l-Olandiż jew il-Portugiż tiegħek miegħu. Issieħeb fi skambju ta’ konverżazzjoni –– u tista’ ttejjeb il-ħiliet tiegħek bla ħlas.

Skambju jew tandem ta’ konverżazzjoni hu tassew sempliċi: jekk titkellem bil-Franċiż u tixtieq taġġorna l-Grieg tiegħek, pereżempju, jeħtieġlek issib sieħeb Grieg li qed jistudja l-Franċiż. Nassumu li tiltaqgħu għal siegħa, għandkom taqsmu l-ħin tagħkom 50/50 –– nofs siegħa bil-Franċiż u nofs siegħa bil-Grieg. Din hi opportunità unika biex twessa’ l-orizzonti tiegħek, u forsi li tagħmel ħbieb ġodda wkoll. Ta’ min jiftakar ukoll li ħakma tajba ta’ lingwa barranija waħda jew aktar tista’ tkun assi ewlieni fis-suq tax-xogħol.

 

Suġġerimenti għal tandem li jirnexxi

 

1.     Iċċekkja li l-iskeda tal-ħinijiet tagħkom huma kompatibbli u stabbilixxu kemm spiss tixtiequ tiltaqgħu.

2.     Ftakar li s-sieħeb tiegħek mhux għalliem u li jista’ ma jkunx jista’ jwieġeb mistoqsijiet grammatikali kkumplikati.

3.     Ħudha bis-serjetà! Ikteb il-vokabularju l-ġdid u rrivedih qabel il-laqgħa li jmiss.

4.     Toqgħodx tibża’ li tagħmel żbalji. Għarraf lis-sieħeb tal-konverżazzjoni tiegħek kemm tixtieq li jikkoreġik. Normalment l-aħjar li żżomm mat-triq tan-nofs; tikkoreġix lis-sieħeb tiegħek sal-aħħar dettall, li hu demoralizzanti, iżda l-anqas m’għandek tinjora żbalji goffi.

5.     Kun ġust –– tipprovax tieħu aktar minn nofs il-ħin flimkien titkellem il-lingwa li qed tipprattika.

6.     Jekk tixtieq tiffoka fuq tema partikulari, għarraf b’dan lis-sieħeb tat-tandem. Jekk m’għandkom xejn komuni u l-konverżazzjoni teħel, mhu xejn ta’ barra minn hawn; minflok fittex sieħeb ieħor.

 

Normalment tiltaqa’ permezz ta’ sit web jew ta’ app. B’mod alternattiv, tista’ tfittex għal sieħeb tandem hemm u tiltaqa’ fil-preżenza ta’ dak li jkun. Opzjoni oħra hi li tfittex penpal. Dawn huma wħud mill-pjattaformi utli li jistgħu jgħinuk tibda konverżazzjoni. Xi wħud jista’ jkollhom opzjonijiet primjum ma’ tuturi bi ħlas.

 https://www.italki.com/partners

https://www.easylanguageexchange.com/

http://en.openlanguageexchange.com/

http://www.languageforexchange.com/

https://www.speaky.com/

http://babelvillage.com/

https://coeffee.com/login

https://www.languing.com/landing/

https://www.tandem.net/

https://www.tandempartners.org/en

http://www.lingoglobe.com/

https://www.interpals.net/language_exchange.php

www.conversationexchange.com/

https://www.busuu.com/en

https://www.mylanguageexchange.com/

 

 

 

Pubblikat: Erb, 20/12/2017 - 12:07


Tweet Button: 


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!