Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Int student fil-livell sekondarju? Għax ma tgħidx lill-għalliem(a) tiegħek dwar dawn l-għodod?

© fotolia.com - DOC RABE Media
Biex issir taf aktar dwar dawn il-metodi ta' tagħlim, ara dawn it-tliet għodod speċjalizzati għall-iskejjel u l-għalliema fis-sit School Education Gateway.

Dawn l-għodod, iffinanzjati minn Erasmus+, huma ddiżinjati biex l-għalliema jkunu jistgħu jieħdu l-vantaġġ kollu tal-opportunitajiet ta' finanzjament tal-programm:
 

  1. Katalogu tal-korsijiet - korsijiet ta' żvilupp professjonali għall-għalliema fl-iskola u persunal ieħor.
  2. Għodda ta' tiftix ta' opportuniatjiet ta' mobilità - kompiti ta' tagħlim u "job shadowing" fi skola li tospitak jew organizzazzjoni oħra barra l-pajjiż għall-persunal tal-iskola
  3. Għodda ta' tiftix ta' sħubijiet strateġiċi - sħubijiet ta' skejjel jew organizzazzjonijiet oħrajn fl-Ewropa għal proġetti konġunti biex jitjiebu l-istandards u l-kwalità tat-tagħlim.

 

Il-portal - varat f'Jannar 2015 - hu post uniku ta' servizz fi 23 lingwa għall-għalliema, l-iskejjel, l-esperti u oħrajn. Jipprovdi aġġornamenti dwar kwistjonijiet bħall-għoti ta' marki, ħiliet, kurrikulu u edukazzjoni fis-snin bikrin.

 

L-għalliema jistgħu:

  • jiskambjaw l-aħjar prattika
  • jitgħallmu dwar proġetti ta' edukazzjoni li rnexxew fl-Ewropa
  • ifittxu kollezzjonijiet ta' pubblikazzjonijiet
  • jaqraw artikli mill-esperti dwar l-edukazzjoni primarja u sekondarja.

 

Il-pjattaforma se żżommok ukoll aġġornat dwar l-aħħar politika dwar l-edukazzjoni tal-UE, aħbarijiet, xejriet, inizjattivi nazzjonali, proġetti tal-iskola, opportunitajiet għall-interazzjoni u riżorsi addizzjonali.

 

Il-Kummissjoni Ewropea:

  • taħdem mal-pajjiżi tal-UE biex tiżviluppa s-sistemi tal-edukazzjoni primarja u sekondarja
  • tappoġġa xi inizjattivi nazzjonali ta' edukazzjoni
  • tiġbor u taqsam informazzjoni u analiżi, tinkoraġġixxi l-qsim ta' prattika tajba ta' politika
  • tipproduċi regolarment studji dwar is-sitwazzjoni fl-Ewropa, biex tissorvelja l-progress.

 

Links relatati

Għodod ta' Erasmus+ għall-iskejjel u l-għalliema - fi 23 lingwa fis-sit School Education Gateway

Pubblikat: Tne, 16/11/2015 - 14:10


Tweet Button: 

New!


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!