Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ 2015 - il-punti ewlenin

F'April u f'Mejju 2015 ġew organizzati mijiet ta' avvenimenti fit-33 pajjiż kollha ta' Erasmus+.

It-tema tal-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ (mill-10 ta' April sas-27 ta' Mejju) kienet l-għajnuna għaż-żgħażagħ biex jipparteċipaw aktar fil-ħajja demokratika u l-impjiegi. Iffukat fuq il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjetà u l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ mill-istrati kollha tas-soċjetà biex tkun promossa demokrazija li dejjem tissaħħaħ.

 

L-avvenimenti prinċipali inkludew dibattitu ta' livell għoli dwar "It-tisħiħ tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ bħala prevenzjoni tal-intolleranza u l-imġiba antidemokratika" fis-6 ta' Mejju.

 

Wara d-dibattitu ġie ppreżentat il-"Premju taż-Żgħażagħ" lil tliet proġetti taż-żgħażagħ li kienu ta' livell eċċezzjonali. Dawn kienu magħżula fost aktar minn 150 proġett innominati mill-aġenziji nazzjonali ta' Erasmus+ u appoġġjati mill-Programmi Iż-Żgħażagħ fl-Azzjoni u Erasmus+. Ara l-proġetti rebbieħa hawnhekk!

 

Il-Konferenza dwar id-Djalogu Strutturat ġabret flimkien rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u gvernijiet mill-Ewropa kollha mill-4 sas-6 ta' Mejju.

 

YO!Fest, organizzat mill-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ fis-6 ta' Mejju 2015 fi Brussell, kien fih għadd ta' avvenimenti. Aktar minn 7000 żagħżugħ Ewropew ħadu sehem bit-tema "nikbru flimkien" u kien hemm diversi sessjonijiet ta' ħidma u dibattiti. Ir-rwol tal-edukazzjoni mhux formali fl-iżvilupp ta' ħiliet għall-ħajja tax-xogħol kien suġġett ewlieni. Il-festival għalaq b'serje ta' kunċerti live.

 

Avveniment prinċipali ieħor kien it-tnedija tas-sit web ta'  Ideas Lab. Din hija pjattaforma fejn iż-żgħażagħ jistgħu jitfgħu l-ideat tagħhom għal proġetti u politiki dwar l-għoti ta' setgħa liż-żgħażagħ, l-impjiegi, l-intraprenditorija u l-iżvilupp globali. Żgħażagħ oħra jikklassifikaw l-ideat tagħhom qabel ma jintbagħtu lil min ifassal il-politika bl-isperanza li jinbidlu f'realtà. Waqt id-dibattitu ta' livell għoli, rappreżentant żagħżugħ għal kull proġett ippreżenta l-ideat tagħhom lill-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Tibor Navracsics.

 

 

Ara l-avvenimenti prinċipali

http://bit.ly/1hJxgsD

 

 

Links relatati: http://europa.eu/youth/eyw

Pubblikat: Ġim, 06/11/2015 - 13:26


Tweet Button: 

New!


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!