Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Jum Ewropew għall-Iżvilupp - id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-ġejjieni tagħna

Il-biċċa l-kbira taċ-ċittadini tal-UE jaqblu li l-UE għandha tonfoq aktar biex tiġġieled il-faqar fil-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp. 2015 hi l-ewwel Sena Ewropea li qed tittratta dawn il-kwistjonijiet u r-rwol internazzjonali tal-Ewropa.

Dwar x'hiex inhi?

Is-Sena Ewropea għall-Iżvilupp tittratta l-azzjoni esterna tal-UE u r-rwol tal-Ewropa biex jispiċċa l-faqar fid-dinja u tinkoraġixxi l-iżvilupp sostenibbli.

 

L-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE tmur għand madwar 150 pajjiż. Ftit minnha tintefaq biex tingħata għajnuna umanitarja biex jiġu salvati l-ħajjiet f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, u tintuża wkoll għal xogħol ta' żvilupp – għajnuna lill-pajjiżi biex jiġġieldu l-faqar fuq żmien medju u twil u biex jinkiseb tkabbir ekonomiku sostenibbli.

 

L-EU hi l-akbar donatur ta' għajnuna fid-dinja (€56.5 biljun fl-2013), b'25% tal-għajnuna tal-UE tmur direttament lill-gvernijiet. Iżda għad fadal ħafna xogħol xi jsir, persuna minn kull tmienja fid-dinja m'għandhiex biżżejjed x'tiekol.

 

Temi tax-xahar

Kull xahar, il-fokus kien fuq tema ta' żvilupp.

 

Storja tax-xahar – Lulju 2014

Bħala parti mill-proġett internazzjonali "Yatra" tas-Servizz Volontarju Ewropew, 16-il żagħżugħ voluntier Olandiż bi sfond ta' migranti vvjaġġaw lejn il-Marokk fl-2014 u għenu f'orfanatrofju għal ftit ġimgħat. Huma għenu lill-orfni u liż-żgħażagħ mhux privileġġati billi organizzaw attivitajiet sportivi u kulturali. Il-proġett kien ripetut fl-2015. Aqra l-istorja sħiħa.

 

Kif tista' tingħaqad

 

 

Links relatati:

Sena Ewropea għall-Iżvilupp;   
Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju

Pubblikat: Ħam, 12/11/2015 - 15:51


Tweet Button: 


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!