Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

© shutterstock.com - Dragon Images

Aqsam l-istejjer tiegħek fuq Café Babel!

Titħajjar tipprova tkun ġurnalist mill-kumdità ta' darek stess? Mela għax ma tingħaqadx ma' cafébabel, il-magażin onlajn miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ fl-Ewropa?

Cafébabel, li ġie mwaqqaf minn studenti waqt skambju ta' Erasmus, jippubblika:

  • artikli
  • vidjo clips
  • stampi
  • traduzzjonijiet ta' artikli eżistenti.
     

Hu disponibbli f'6 lingwi - Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Taljan, Pollakk u Spanjol. Il-kontenut kollu jinqara minn tim ta' ġurnalisti professjonali qabel ma jiġi ppubblikat.

 

Forsi tixtieq tindirizza suġġetti soċjali jew ta' politika, kwistjonijiet dwar l-arti u l-istil tal-ħajja, jew tikteb blog dwar xi jfisser li tkun żagħżugħ fl-Ewropa.

 

Interessat? Oħloq il-profil tiegħek fuq is-sit web u ngħaqad ma' wieħed mill-20 tim reġjonali - jew waqqaf tim ġdid. Meta tidħol fuq il-profil tiegħek tkun tista' tara l-aġġornamenti mill-membri ta' grupp li tkun għażilt jew minn awtur speċifiku. Hekk kif tibda tikkontribwixxi, tkun tista' tara lista tal-artikli tiegħek stess, stampi u materjal ieħor.

 

Café Babel jinstab ukoll fuq Google+, Twitter u Facebook.