Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Nintegraw ir-refuġjati fil-ħidma fost iż-żgħażagħ

Attendees at the Conference on the World Refugeee Day. ©EYF
B’liema mod l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jistgħu jaħdmu ma’ refuġjati żgħażagħ? Fl-20 ta’ Ġunju 2017, il-Jum Dinji tar-Refuġjati, il-Forum Żgħażagħ Ewropej u l-Moviment tal-Iscouts organizzaw avveniment li jikkonċerna l-iskambju ta’ prattika tajba għall-integrazzjoni ta’ refuġjati żgħażagħ.

Kull minuta, 22 persuna jiġu spostati b’użu tal-forza. Il-maġġoranza tal-65 miljun refuġjat madwar id-dinja huma żgħażagħ. Abdedllbaset Alheeshan hu wieħed minnhom. Hu kien mexxej ta’ tim loġistiku fis-Sirja, iżda fl-2015 kellu jaħrab mill-gwerra ta’ dak il-pajjiż. Meta wasal fiċ-ċentru speċjali ta’ lqugħ għar-refuġjati fi Brussell kellu “jistenna mingħajr ma kellu xejn x’jagħmel”.  Dan kien meta ddeċieda jagħmel volontarjat f’dar tal-anzjani biex jipprattika l-Fjamming. Imbagħad hu skopra l-Inizjattiva Tandem  li tiffaċilita refuġjati li jixtiequ jagħmlu volontarjat mal-NGOs. Wara ġimagħtejn ta’ esperjenza volontarja ma’ Tandem, ingħata post fl-organizzazzjoni stess. Issa għandu rwol attiv fil-promozzjoni tal-integrazzjoni tar-refuġjati fit-tfassil tal-politika.

 

Tassew, idea skambjata mill-kelliema waqt l-avveniment  “Żmien li tingħata merħba: il-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-integrazzjoni ta’ refuġjati żgħażagħ” kienet li r-refuġjati nfushom għandhom ikunu l-atturi ewlenin fil-politiki ta’ integrazzjoni u l-istrateġija minn fuq għal isfel għandha tispiċċa. Gabriel Almeida, Assistenta Legali fil-Kunsill Ewropew dwar ir-Refuġjati u l-Eżiljati semmiet ukoll li l-kundizzjonijiet ħżiena fiċ-ċentri ta’ lqugħ, il-politiki ta’ detenzjoni u n-nuqqas ta’ rispett għad-drittijiet fundamentali minn ċerti pajjiżi tal-UE għandhom impatt ħażin fuq it-tentattivi biex jiġu integrati r-refuġjati fis-soċjetà.

 

Carina Autengruber, il-Viċi President tal-Forum Żgħażagħ Ewropej, iddikjarat li “wasal iż-żmien għall-politiċi u l-gvernijiet li jwarrbu r-retorika razzista u żenofobika, u li jinvestu f’soċjetajiet sostenibbli u inklużivi”. Hi enfasizzat ukoll il-mobilizzazzjoni tal-”organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-kontinent kollu biex jilqgħu n-nies li qed jaħarbu mill-gwerra u l-persekuzzjoni”.

 

Eżempju tipiku hi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Moviment tal-Iscouts rappreżentata minn Andreas Tzekas. Andreas qasam l-esperjenza tiegħu bħala wieħed minn 1 500 scout li jivvolontarjaw sabiex jilqgħu r-refuġjati li jaslu mal-kosta Griega. “Għal kull żagħżugħ refuġjat li jaqsam il-fruntiera kien hemm żagħżugħ Ewropew jistenna biex jilqagħhom”. Hu tkellem dwar il-proġett, Żmien li tingħata merħba, li kellu 53 voluntier li ħadmu f’4 ċentri tar-refuġjati fil-Greċja. Punt importanti għal dan iż-żagħżugħ Grieg kien li “l-voluntieri Ewropej jirritornaw lura f’pajjiżhom bħala messaġġiera ta’ paċi billi jxerrdu l-perspettiva l-ġdida li skoprew huma u jgħinu r-refuġjati”.

 

Tanya Basarab mill-Kunsill tal-Ewropa-Sħubija taż-Żgħażagħ tal-UE qasmet l-iskoperti tal-organizzazzjoni tagħha dwar il-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-integrazzjoni ta’ refuġjati żgħażagħ fis-soċjetà. L-ewwel nett, hi enfasizzat li hu kruċjali li jingħata appoġġ lir-refuġjati żgħażagħ hekk kif jaslu, minħabba l-istress u t-trawma li jkunu esperjenzaw. Problema partikulari għar-refuġjati hi l-inattività waqt li jkunu qed jistennew tweġiba legali dwar l-istatus tagħhom, li tista’ tħalli impatt negattiv fuq is-saħħa mentali tagħhom. Matul dan il-”perjodu ta’ stennija” hu kruċjali li l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ jagħtuhom iċ-ċans li jkunu attivi u mismugħin. Hi għarfet li l-ħaddiema fost iż-żgħażagħ qed jassumu rwoli ta’ xogħol umanitarju u din it-transizzjoni titlob abbiltajiet ġodda, bħall-immaniġġjar tat-trawma u tal-ħiliet interkulturali.

 

Michalis Moschovakos, uffiċjal tal-politika fid-DĠ Edukazzjoni, Żgħażagħ, Sport u Kultura tal-Kummissjoni Ewrorpea, enfasizza l-importanza tal-inizjattiva  Korp Ewropew ta' Solidarjetà bħala mod kif tintwera solidarjetà mar-refuġjati. Hu ddikjara li “30 sena oħra se nkunu lkoll iġġudikati mill-pożizzjoni tagħna f'din il-kriżi tar-refuġjati migranti”. Steve Parry mis-Salib Aħmar tal-Gran Brittanja ftakar li mill-588 000 persuna li waslu l-Gran Brittanja fl-2016, kienu biss 6.5% li fittxew l-ażil. “Għandna nfittxu l-fatti u nevitaw l-istejjer preġudikati tal-gazzetti li jifirxu stereotipi negattivi”. Din, qal, kienet ir-reġuni għaliex tnediet il-kampanja soċjali #factsnotfear .

 

Il-Kummissjoni Ewropea reċentement irrilaxxat l-“Għodda tal-UE tal-Profil tal-Ħiliet għaċ-Ċittadini Terzi”, strument għaċ-ċittadini mhux tal-UE biex jippreżentaw is-CV tagħhom b’mod li tinftiehem minn dawk li jħaddmu. Hi disponibbli kemm bl-Għarbi, bil-Farsi, bil-Pashto, bis-Sorani, bis-Somali u bit-Tigrinja kif ukoll bil-lingwi kollha tal-UE. Il-Kap tal-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Kunsill tal-Ewropa, Zoltan Taubner, enfasizza r-rilevanza tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Protezzjoni tar-Refuġjati u tat-Tfal Migranti fl-Ewropa.

 

L-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li jixtiequ jwettqu attivitajiet fost refuġjati żgħażagħ jistgħu jakkwistaw finanzjament mill-Programm Erasmus + u l-Fondazzjoni Ewropea taż-Żgħażagħ. Dokument ta’ informazzjoni jinsabu wkoll fis-sit web tal-konferenza  Vjaġġi għal Ħajja Ġdida.

 

 

Pubblikat: Erb, 20/12/2017 - 11:51


Tweet Button: 


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!