Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

© iStockphoto.com - clearstockconcepts

Drittijiet LGBTI

F'ħafna pajjiżi u soċjetajiet għadu diffiċli li tkun leżbjana, bisesswali, transesswali jew intersesswali (LGBTI). Sib fejn tista' ssib l-għajnuna.

Fi stħarriġ tal-Ewrobarometru riċenti, 46% ta' dawk li wieġbu qalu li jaħsbu li persuni omosesswali, leżbjani u bisesswali ffaċċjaw diskriminazzjoni fl-2012, u kien hemm ftit titjib sinifikanti mill-aħħar stħarriġ fl-2009.

 

Din l-opinjoni hi sostnuta minn sħarriġ mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-UE fl-2014, li fih 47% ta' min wieġeb qalu li kienu personalment diskriminati jew iffastidjati minħabba l-orjentazzjoni sesswali fl-aħħar 12-il xahar. Ir-rata kienet l-ogħla fost il-leżbjani (55%), iż-żgħażagħ bejn it-18 u l-24 sena (57%) u l-persuni bi dħul baxx (52%).

 

Ħu azzjoni

Jekk tara kontenut onlajn ta' mibegħda mmirat lejn il-persuni LGBTI jew komunitajiet oħrajn, tista' tirrappurtah lis-sit web Hate Speech Watch. Stħarriġ mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ tal-Kunsill tal-Ewropa fl-2012 sab li d-diskors ta' mibegħda omofobiku u transfobiku huma l-aktar tipi komuni ta' diskors ta' mibegħda.

 

Links relatati