Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

© fotolia.com - hikrcn

Kun soċjali, mhux radikali

Fil-midja hemm rapporti frekwenti ta' żgħażagħ mid-dinja kollha li qed jiġu radikalizzati. Sib kif l-UE qed tipprova twaqqaf dan.

Jekk int taħdem maż-żgħażagħ u inkwetat dwar xi tip ta' radikalizzazzjoni fil-komunità tiegħek, agħti ħarsa lejn is-sit web tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni jew IMPACT Europe – proġett iffinanzjat mill-UE stabbilit biex jirriċerka u jiskambja l-aħjar prattiki fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni.

 

Mhux f'isimna!

Wara l-attakki terroristiċi fi Franza u d-Danimarka fil-bidu tal-2015, fis-17 ta' Marzu f'Pariġi l-Kummissarju Ewropew Tibor Navracsics u l-Ministri tal-Edukazzjoni impenjaw rwieħhom li jiżguraw li l-edukazzjoni tippromwovi l-valuri ċiviċi tal-Ewropa. Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea ffinanzjat diversi proġetti biex tippromwovi il-fehim reċiproku.

 

Il-komunitajiet reliġjużi wkoll qed jagħmlu l-parti tagħhom. Pereżempju, il-kampanja #NotInMyName, li twaqqfet mill-Fondazzjoni Active Change li hi bbażata f'Londra, tinkoraġixxi lill-Musulmani sabiex jikkundannaw it-terroriżmu fuq il-midja soċjali. Il-kampanja issa nxterdet ma' pajjiżi oħra.

 

Kun attivament soċjali - ħossok aktar involut

Ħafna drabi ż-żgħażagħ jiġu radikalizzati mill-vidjows onlajn jew in-nies ta' madwarhom. Jekk niżguraw li ż-żgħażagħ ikunu integrati b'mod sħiħ fis-soċjetà, nistgħu nwaqqfu din ir-radikalizzazzjoni. Stħarriġ riċenti tal-Ewrobarometru dwar iż-żgħażagħ fl-UE wera li l-għadd ta' żgħażagħ li qalu li ħadu sehem fl-attivitajiet ta' tal-inqas organizzazzjoni waħda (eż klabb sportiv, partit politiku, jew organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem) fis-sena ta' qabel waqa' għal 49% (minn 56% fl-2013) L-aktar organizzazzjonijiet popolari huma l-klabbs sportivi (20%), il-klabbs taż-żgħażagħ jew tal-ħin liberu (16%) u l-gruppi tal-komunità (11%).

 

Jekk tixtieq tkun aktar attiv fis-soċjetà, għax ma tippruvax waħda mill-attivitajiet tal-Portal taż-Żgħażagħ Ewropej? Jekk tixtieq tagħmel xi ħaġa għal kawża ġusta, tista' tkun voluntier barra pajjiżek mal-programm tas-Servizz Volontarju Ewropew. Jew agħti daqqa t'għajn lil din il-lista ta' opportunitajiet biex issib modi kif tibni l-esperjenza tiegħek (eż. traineeships, boroż ta' studju, kompetizzjonijiet). Jekk int interessat fil-politika taż-żgħażagħ, involvi ruħek fil-proċess tad-Djalogu Strutturat u għin lil min ifassal il-politika biex jagħmel xogħol aħjar.

 

Links relatati