Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Garanzija għaż-Żgħażagħ - sena wara

© fotolia.com - goodluz
X'kisbiet għamel il-programm tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ fil-pajjiżi varji tal-UE?

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ ġiet varata fl-UE fl-2013 biex tindirizza il-qgħad fost iż-żgħażagħ li kien qed jikber u d-disparitajiet reġjonali fl-Ewropa. Tiggarantixxi li n-nies taħt il-25 sena se jiġu offruti impjieg, edukazzjoni, taħriġ jew apprendistat fi żmien 4 xhur minn meta jitilfu x-xogħol jew joħorġu mill-iskola. Aqra l-artiklu l-ieħor tagħna dwar il-Garanzija għaż-Żgħażagħ

 

Fl-2014, il-Kummissjoni Ewropea għenet lill-pajjiżi tal-UE jiżviluppaw il-Pjan ta' Implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ nazzjonali tagħhom billi identifikat il-miżuri li għandhom jittieħdu każ b'każ. Barra minn hekk il-Kumitat tal-Impjiegi ta' EMCO żviluppa qasam ta' indikaturi għall-monitoraġġ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ fil-pajjiżi kollha tal-UE.

 

Titjib reali

Ħafna pajjiżi tal-UE ħadu xi azzjoni u introduċew riformi dwar l-impjiegi u l-edukazzjoni. Uħud għamlu sforzi sostanzjali u kisbu titjib. Eżempji jinkludu: Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, il-Polonja, il-Portugall u r-Rumanija. Sib aktar hawnhekk.

 

Il-Kummissjoni għamlet kważi biljun ewro disponibbli għall-prefinanzjament tal-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ. Il-Fond Soċjali Ewropew hu sors ta' fondi ieħor.

 

Kisbiet

  • Ir-Rumanija - inħolqu 27 ċentru tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ bl-appoġġ tal-Fond Soċjali Ewropew
  • L-Italja, il-Portugall u Spanja - portal elettroniku li jippermetti liż-żgħażagħ jibagħtu dejta tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ lil reġistru nazzjonali.
  • Is-Slovenja, il-Litwanja u l-Belġju - twaqqfu jew ġew imsaħħa servizzi pubbliċi tal-impjiegi
  • Franza, il-Portugall u Spanja - fokus imġedded fuq il-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ
  • Il-Polonja, il-Latvja u l-Finlandja –  it-tranżizzjoni bejn l-iskola u x-xogħol saret aktar faċli.

 

Għal aktar dettalji u studji ta' każijiet, aqra dan.

Pubblikat: Erb, 25/11/2015 - 15:10


Tweet Button: 

New!


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!