Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Airport
© Flickr - svenwerk

Mezzi orħos biex tivvjaġġa bl-ajru

L-ajruplani ma għadhomx għażla daqstant għolja kif kienu fl-imgħoddi: agħti daqqa t'għajn lejn l-aktar websajts komuni għal ibbukkjar orħos ta' titjiriet mal-Ewropa kollha.

Skyscanner: qabbel miljuni ta' titjiriet biex issib l-orħos offerta. Tista' tibbrawżja għal titjiriet skont il-prezz u l-lokalità.

 

Rumbo: fuq din l-aġenzija tal-ivvjaġġar onlajn tista' tfittex l-aħjar offerta fuq titjiriet, lukandi, vaganzi, titjiriet irħas, bi prezz baxx jew jekk tħalli għall-aħħar ħin.

 

Momondo: dan il-websajt jippermettilek tqabbel ir-rati f'aktar minn 700 sit tal-ivvjaġġar.

 

LowCostAirlines: dan jagħtik lista ta' kumpaniji tal-ajru bi prezzijiet baxxi fl-Ewropa u lil hinn minnha. Fatti dwar l-ivvjaġġar, inklużi xi gwidi tal-ibliet u links lejn magni tat-tfittix ta' kumpaniji tal-ajru oħrajn bi prezzijiet baxxi.

 

Cheapflights: agħżel il-pajjiż ta' oriġini tiegħek u skopri liema kumpanija tal-ajru tista' toffrilek titjira rħisha.

 

Tinsiex li waqt li tkun qed tivvjaġġa fl-Ewropa int tinsab kopert bi drittijietek bħala passiġġier. Tista' anki tiddawnlowdja  app għall-ismartphone tiegħek biex takkwista l-informazzjoni kollha.