Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Qed tippjana GAP year?

Jekk tixtieq iddur id-dinja iżda m’għandekx flus biex tagħmel dan mela pprova aħdem fuq farm organiku fil-Bolivja, agħmilha ta’ au pair fi Franza, agħmel xogħol għas-sajf fl-Awstralja, jew xogħol volontarju f’pajjiż barrani.

Jekk tixtieq tiskopri kulturi ġodda, titgħallem lingwi ġodda u tiltaqa' ma nies differenti madwar id-dinja iżda l-kont tal-bank tiegħek hu vojt,  dawn huma xi ftit  suġġerimenti u ideat dwar modi alternattivi biex tivvjaġġa f’pajjiżi barranin.

 

Ivvjaġġa billi taħdem

 

§  Id-WWOOF tikkollega voluntieri ma’ bdiewa u dawk li jrabbu b’mod organiku madwar id-dinja, li joffrulek ikel u akkomodazzjoni bi tpattija għall-għajnuna tiegħek fil-produzzjoni tal-inbid jew fit-trobbija tal-majjali. Hemm miżata ta’ sħubija ta’ £15 biex taċċessa l-lista tal-ospitanti.

§  World packers. Skambja l-abbiltajiet tiegħek fl-editjar tal-vidjows ma’ ikel u akkomodazzjoni fil-Brażil. Dan hu eżempju wieħed tal-iskema “ħiliet għall-akkomodazzjoni” li jikkaretterizza l-World packers. Il-vjaġġaturi jeħtiġilhom li jħallsu miżata meta l-post tagħhom jiġi kkonfermat.

§  Au pair. Għin familja tieħu ħsieb it-tfal bi bdil ma’ akkomodazzjoni u pocket money. M’hemmx bżonn li tħallas kwalunkwe miżata.  

§  Workaway. Għin għal ftit sigħat kuljum, pereżempju f’farm taż-żwiemel, bi bdil ma’ ikel u akkomodazzjoni. Biex taċċessa l-lista tal-ospitanti jeħtieġlek tħallas miżata ta’ EUR 29.

§  Summer Jobs hu sit web li fih tista’ tfittex għal xogħlijiet staġjonali f’kampijiet, parks tad-divertiment, postijiet tal-vaganzi, parks nazzjonali, lukandi, organizzazzjonijiet ambjentali u aktar.

§  World Nomads Scholarships jagħtik l-opportunità li tivvjaġġa int u titgħallem dwar il-fotografija, il-kitba u l-iffilmjar. Ir-rebbieħa jiksbu l-opportunità li jitgħallmu minn kittieba tal-istejjer professjonali. Il-borża ta’ studju tkopri l-ikel u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għal vjaġġ ta’ ġimagħtejn.

§  House Sitting. Meta familja ssiefer ikollha bżonn lil xi ħadd biex jieħu ħsieb tal-proprjetà tagħha, jagħmel ix-xogħol fil-ġnien u jieħu ħsieb tal-kelb tagħhom. Int tista’ tkun dik il-persuna! Il-house-sitting jinvolvi li toqgħod fid-dar ta’ xi ħadd bla ħlas bil-kundizzjoni li tieħu ħsieb u timmanutenzja d-dar tagħhom. Sitwazzjoni fejn kulħadd joħroġ rebbieħ! Dawn huma wħud mill-pjattaformi: NomadorMindmyhouseTrustedhousesitters.

 

Volontarjat

§  Is-Servizz Volontarju Ewropew hu miftuħ għal persuni bejn is-17 u t-30 sena li jixtiequ jivvolontarjaw għal perjodu bejn ġimagħtejn u 12-il xahar fl-Ewropa u f’Pajjiżi Sħab (minn reġjun 1 sa 4).

§  Il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE tipprovdik bl-opportunità li tivvolontarja madwar id-dinja fi proġetti ta’ għajnuna umanitarja f’komunitajiet affettwati minn diżastru.

§  Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà hu l-inizjattiva l-ġdida tal-Unjoni Ewropea li toħloq opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jivvolontarjaw jew jaħdmu fuq proġetti f’pajjiżhom jew f’pajjiż barrani għall-benefiċċju ta’ komunitajiet jew persuni madwar l-Ewropa.

Opportunitajiet ta’ volontarjat oħrajn:

§  Youth Networks

§  Alliance of European Voluntary Service Organisations

§  Association of Voluntary Service Organisations

§  Cross-Cultural Organisation

§  GapGuru.com

§  Global Volunteer Network

§  GreatGapYears

§  Idealist.org

§  International Cultural Youth Exchange

§  International Volunteer Programs Association

§  OXFAM

§  Oneworld

§  Service Civil International

§  United Nations Volunteers

§  Voluntary Worker


 

 

 

    Pubblikat: Erb, 20/12/2017 - 11:53


    Tweet Button: 

    New!


    Info for young people in the western balkans

    Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

    Staqsina!