Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

European Youth Week 2013
© Eurodesk

Xi jfisser li jkollok il-mobilità fl-Unjoni Ewropea?

Dan kollu għandu x'jaqsam mal-opportunitajiet Ewropej: tista' tagħżel fost affarijiet oħrajn li tistudja, taħdem, tmur fuq volontarjat, traineeships jew skambju adattat għas-sitwazzjoni tiegħek.

L-Unjoni Ewropea tipprovdik b'ħafna opportunitajiet differenti biex tqatta' perjodi ta' żmien twal jew qosra f'pajjiż ieħor u tista' ssibhom ilkoll hawn fil-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ.

 

Traineeships

Traineeship hu wieħed mill-aħjar modi biex tiffamiljarizza ruħek mad-dinja tax-xogħol filwaqt li takkwista esperjenza u ħiliet prattiċi għall-karriera futura tiegħek. Tista' tagħmel wieħed bħala parti mill- edukazzjoni vokazzjonali tiegħek, f'qasam bħax- xjenza u l-innovazzjoni u f'ħafna oqsma oħrajn li joffrulek bosta opportunitajiet.

 

Volontarjat

Tista' tissieħeb mal-għadd dejjem jikber ta' żgħażagħ li jivvoluntarjaw fl-Ewropa billi tagħżel l-opportunità l-aktar adatta għalik. Tista' tagħmel dan onlajn, f' kamp tax-xogħol jew anki bħala parti mis- Servizz Volontarju Ewropew.

 

Xogħol

Għalkemm il-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa hu għoli, xorta waħda tista' tfittex xogħol barra pajjiżek. Madankollu, ix-xogħol f'pajjiż ieħor ma għandux għalfejn ikun permanenti; jeżistu opportunitajiet għal żmien qasir bħal xogħol au pair jew xogħol tal-istaġun matul il-vaganzi tiegħek. Tkun xi tkun l-għażla tiegħek, l-aħjar li tkun taf id-drittijiet tiegħek relatati max-xogħol qabel ma tinxteħet fuq l-esperjenza tiegħek.

 

Studju

Perjodu ta' studju f'pajjiż ieħor mhux biss jista' jwassallek benefiċċji edukattivi, kulturali u personali, iżda wkoll jagħti lill-kariera futura tiegħek imbuttatura definita. Madankollu, l-istudju internazzjonali tiegħek ma jeħtiġlux isir fil-klassi, jeżistu wkoll modi oħrajn biex titgħallem.

 

Lil hinn mill-Ewropa

L-opportunitajiet tiegħek ma jiqfux mal-fruntieri tal-Ewropa; tista' tmur madwar id-dinja fuq skambju artistiku, esperjenza ta' xogħol, opportunitajiet ta' volontarjat u skambji għaż-żgħażagħ.

 

Ma tistax tiddeċiedi x'se tagħmel?

Biex ma taħlix ħin, Eurodesk twassallek lista ta' opportunitajiet Ewropej b'skadenza ta' żmien li jwasslu sax-xahrejn li jmiss.

 

Jekk int inklinat aktar lejn l-informazzjoni dwar il-midja soċjali, tista' tiċċekkja l-paġni ta' Eurodesk f' Facebook u fi Twitter li fihom informazzjoni aġġornata dwar l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ.