Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

X'sar s'issa?

Id-djalogu strutturat u r-riżultati tiegħu matul is-snin: sabiex tifhem aħjar id-Djalogu Strutturat, tista' tagħti daqqa t'għajn lejn iċ-ċikli tal-imgħoddi u kif ir-riżultati tagħhom intużaw biex jissaħħu l-politiki tal-UE permezz tal-vuċijiet taż-żgħażagħ.

Djalogu Strutturat ċiklu I  (l-1 ta' Jannar 2010 – it-30 ta' Ġunju 2011) – “Impjiegi taż-Żgħażagħ”

L-ewwel ċiklu tad-Djalogu Strutturat iffoka fuq it-tema wiesgħa tal-"Impjiegi taż-żgħażagħ", b'kull fażi tibni fuq ir-riżultati tal-Presidenza preċedenti; it-tliet Presidenzi li ospitaw il-Konferenzi tal-UE dwar iż-Żgħażagħ kienu l-Ungerija, il-Belġju u Spanja. Ħarsa ġenerali fuq l-ewwel ċiklu tad-Djalogu Strutturat  tista' tinsab f' dan il- Compendium ippubblikat mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ tal-Ministeru tar-Riżorsi Nazzjonali fl-Ungerija.

 

Riżultati

Fl-aħħar ta' dan iċ-ċiklu ta' 18-il xahar tad-Djalogu Strutturat, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta Riżoluzzjoni tal-Kunsill li tenfasizza r-rakkomandazzjonijiet ewlenin mill-proċess.

 

Djalogu Strutturat ċiklu II (l-1 ta' Lulju 2011 – il-31 ta' Diċembru 2012) – “Parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa”

It-tieni ċiklu tad-Djalogu Strutturat iffoka fuq il-prijorità tematika wiesgħa tal-"Parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa", b'kull wieħed mill-pajjiżi tal-Presidenza (il-Presidenzi ta' Ċipru, id-Danimarka u l-Polonja)  jiddeċiedi dwar il-prijoritajiet speċifiċi tiegħu:

 

Riżultati 

Fl-aħħar ta' dan iċ-ċiklu ta' 18-il xahar tad-Djalogu Strutturat, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta Riżoluzzjoni tal-Kunsill li tenfasizza r-rakkomandazzjonijiet ewlenin mill-proċess.

 

Djalogu Strutturat ċiklu III (l-1 ta' Jannar 2013 – it-30 ta' Ġunju 2014) – “Inklużjoni Soċjali”

It-tielet ċiklu tad-Djalogu Strutturat hu attwalment fil-fażi finali tiegħu: il-prijorità tematika għal dan iċ-ċiklu hi "L-inklużjoni soċjali għaż-żgħażagħ mal-Ewropa kollha",  bil-Presidenzi tal-Irlanda, il-Litwanja u l-Greċja jipparteċipaw. Ir- rakkomandazzjonijiet konġunti se jipprovdu kontribuzzjoni għall-abbozzar tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill dwar l-inklużjoni soċjali u l-intraprenditorija taż-żgħażagħ.

 

Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar id-djalogu strutturat u forsi anki tinvolvi ruħek fih, tista' dejjem tikkuntattja lill- grupp ta' ħidma nazzjonali tiegħek dwar id-Djalogu Strutturat. 

Pubblikat: Ġim, 03/10/2014 - 15:31


Tweet Button: 

New!


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!