Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

X'inhu d-Djalogu Strutturat?

Id-Djalogu strutturat hu proċess għad-diskussjonijiet bejn iż-żgħażagħ u dawk li jfasslu l-politika dwar ċerti temi, biex jiġi żgurat li l-opinjoni taż-żgħażagħ titqies fid-definizzjoni tal-politiki tal-UE dwar iż-żgħażagħ.

It-temi u s-suġġetti għad-diskussjoni huma deċiżi fil-livell Ewropew mill-Ministri taż-Żgħażagħ tal-UE; imbagħad kumitat tat-tliet pajjiżi tal-Presidenza attwali, il-Kummissjoni Ewropea u l-Forum Żgħażagħ Ewropej hu responsabbli għall-koordinazzjoni tal-proċess u jiddeċiedi dwar settijiet ta' mistoqsijiet li jiġu ppreżentati liż-żgħażagħ mal-Ewropa kollha darbtejn fis-sena.

 

Dawn il-mistoqsijiet huma mbagħad użati bħala l-bażi tal-konsultazzjonijiet nazzjonali f'kull pajjiż tal-UE, li huma organizzati mill-Gruppi ta' Ħidma Nazzjonali, u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet huma mmexxijin minn kunsilli taż-żgħażagħ u jinkludu organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u tal-partijiet interessati oħrajn.

 

Xi organizzazzjonijiet internazzjonali taż-żgħażagħ jikkonsultaw ukoll lill-membri tagħhom u jagħtu feedback dwar il-mistoqsijiet fuq bażi ad hoc.

 

X'inhu r-riżultat?

Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet nazzjonali u kwalunkwe kontribuzzjoni addizzjonali minn organizzazzjonijiet internazzjonali taż-żgħażagħ huma kkumpilati f'dokumenti ta' sfond għal Konferenzi dwar iż-Żgħażagħ tal-UE, fejn ir-rappreżentanti taż-żgħażagħ u dawk li jfasslu l-politika jkollhom l-opportunità li jaħdmu flimkien u jippreżentaw messaġġ konġunt lill-UE. Il-Konferenzi taż-Żgħażagħ tal-UE jsiru darbtejn fis-sena u huma ospitati mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-UE.

 

Il-pajjiż tal-Presidenza normalment jippromwovi r-rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza tiegħu dwar iż-Żgħażagħ u jippreżentahom lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex jiżguraw li jiġu riflessi fir-Riżoluzzjonijiet u Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati mill-Ministri taż-Żgħażagħ tal-UE.

 

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-konferenza huma użati wkoll mill-Kummissjoni Ewropea biex jinfurmaw lill-iżvulupp ġejjieni tal-politika tagħha.

 

 

X'sar s'issa? 

S'issa kien hemm tliet ċikli sħaħ tad-Djalogu Strutturat. L-ewwel wieħed involva l-pajjiżi tal-Presidenza ta' Spanja, il-Belġju u l-Ungerija, u ħares lejn it-tema tal-impjiegi taż-żgħażagħ. It-tieni ċiklu inkluda lil Ċipru, id-Danimarka u l-Polonja, u għażel bħala tema l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika.

 

It-tielet ċiklu tad-Djalogu Strutturat seħħ bil-parteċipazzjoni tal-Irlanda, il-Litwanja u l-Greċja t-tliet Pajjiżi tal-Presidenza tal-UE; it-tema ġenerali għal dan iċ-ċiklu kienet l-inklużjoni soċjali u kull konsultazzjoni ta' sitt xhur bniet fuq ir-riżulati ta' dik preċedenti.

 

 

Kif tinvolvi ruħek?

Kull pajjiż imexxi l-proċess ta' konsultazzjoni bil-mod tiegħu, biex jissodisfa l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ.  Jekk  tixtieq tinvolvi ruħek, tista' tikkuntattja lill-Grupp ta' Ħidma Nazzjonali f'pajjiżek għal aktar dettalji.

 

Il-proċess tad-Djalogu Strutturat pass pass minn Bianca Faragau fuq Vimeo.

 

 

Pubblikat: Tli, 30/09/2014 - 16:14


Tweet Button: 


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!