How do we get more young people in Europe to volunteer?

Sa:31/12/2016

Agħti l-ideat tiegħek lil Tibor Navracsics, il-Kummissarju Ewropew għaż-Żgħażagħ, dwar kif nistgħu nagħmluha aktar faċli għaż-żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom permezz tal-volontarjat u attivitajiet oħra.

Sorry this consultation is now closed
Lingwi disponibbli: bg cs da de el en es et fi fr ga hr hu is it lt lv mk mt nl no pl pt ro sk sl sv tr

introduzzjoni

Il-Kummissarju Tibor Navracsics, il-Kummissarju Ewropew għaż-Żgħażagħ, jixtieq jgħin aktar żgħażagħ jimpenjaw ruħhom fil-komunitajiet tagħhom permezz tal-volontarjat u attivitajiet oħra. Dan l-aħħar, iddiskuta l-kwistjonijiet ewlenin ma’ għadd ta’ żgħażagħ, sew online sew wiċċ imb' wiċċ, u issa jixtieq jisma’ lil aktar żgħażagħ mill-Ewropa kollha.

Jixtieq jisma’ l-opinjonijiet u l-ideat tagħkom dwar kif nistgħu nagħmluha aktar faċli għaż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fil-komunitajiet tagħhom.

Dawn l-ideat se jintużaw minnu u mill-istaff tiegħu biex jinfluwenzaw il-politiki u l-prattiki fil-livelli Ewropej u nazzjonali.

Id-diskussjonijiet tiegħu maż-żgħażagħ, flimkien ma’ aktar riċerka formali dwar dan is-suġġett, enfasizzaw x'uħud mill-affarijiet li jiskoraġġixxu liż-żgħażagħ milli jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet tagħhom permezz tal-volontarjat u attivitajiet oħrajn, fosthom:

  • Nuqqas ta’ motivazzjoni u tagħrif dwar kif wieħed jidħol għall-volontarjat,
  • Ftit wisq mudelli eżemplari li ż-żgħażagħ jistgħu jispiraw ruħhom minnhom,
  • Ftit wisq informazzjoni dwar l-opportunitajiet u l-proġetti disponibbli,
  • L-ispejjeż involuti, li jafu jkunu kbar wisq,
  • Ftit li xejn rikonoxximent tal-isforzi kollha involuti,
  • L-impjegaturi potenzjali ma tantx jirrikonoxxu l-ħiliet ġodda miksuba minn involviment ta' dan it-tip.

 

Nixtiequ l-opinjoni tiegħek dwar x’għandu jsir biex jitnaqqsu jew jitneħħew dawn l-ostakli, u kwalunkwe oħrajn li jagħmluha diffiċli għaż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fil-komunitajiet tagħhom.

Jekk jogħġbok, agħti daqqa t'għajn lil-mistoqsijiet kollha u żid magħhom il-ħsibijiet u s-suġġerimenti tiegħek.

Ħerqanin biex naqraw dak li għandek xi tgħidilna!

Imbagħad, tista' terġa' lura biex tagħti marka lill-proposti kollha u tgħinna nifhmu liema huma l-aktar importanti għalik.

Tistgħu żżommu ruħkom aġġornati dwar il-progress ta’ din il-konsultazzjoni billi tagħmlu like fuq il-profil tal-Facebook tagħna u billi ssegwuna fuq Twitter.

Inżommukom aġġornati wkoll bl-email, jekk iddaħħlu l-indirizz tagħkom wara li tkunu tajtu idea jew opinjoni (din volontarja – is-suġġeriment tiegħek jinħażen b'mod sigur anki jekk tiddeċiedi li ma ttiniex l-indirizz elettroniku tiegħek!)

Grazzi talli ħadt sehem.

sfond

Il-volontarjat fl-Ewropa

L-aħħar riċerka li saret għar-rapport tal-Unjoni Ewropea dwar iż-Żgħażagħ fl-2015 turi li madwar wieħed minn kull erbgħa (25 %) miż-żgħażagħ tal-UE kienu involuti f’xi tip ta’ attività volontarja. Madankollu, l-istess riċerka turi li r-rati ta’ parteċipazzjoni varjaw sew bejn il-pajjiżi, bl-ogħla rata ta' 40 % u l-inqas ta' madwar 10 %.

Din il-grafika turi l-livelli differenti  skont il-pajjiż tal-UE.

Indikatur tal-UE dwar iż-Żgħażagħ: Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ (15-30 sena) f’attivitajiet ta’ volontarjat organizzati skont il-pajjiż, 2011 u 2014. (Sors: Flash Eurobarometer 319, "Youth on the Move", 2011, u Flash Eurobarometer 408 "European Youth", 2014)

Ir-riċerka turi wkoll li, aktar ma jikbru, iż-żgħażagħ jieħdu inqas sehem f’attivitajiet ta' volontarjat Fl-2014, fl-UE kollha, 29 % ta’ dawk bejn il-15 u d-19-il sena kienu attivi, iżda 23 % biss ta’ dawk bejn id-29 u l-25 sena baqgħu jipparteċipaw.

Il-grafika li ġejja turi d-diversità tal-attivitajiet li ż-żgħażagħ impenjaw ruħhom fihom bħala voluntiera, bl-iktar popolari relatati ma’ proġetti umanitarji, ta' karità u ta' għajnuna għall-iżvilupp, u attivitajiet marbuta mal-edukazzjoni, it-taħriġ jew l-isport:

It-temi ewlenin tal-attivitajiet volontarji li saru miż-żgħażagħ (15-30 sena), medja tal-UE-28, 2014 (Sors: Flash Eurobarometer 408, "European Youth", 2014)

Min hu responsabbli għall-involviment fil-komunità?

Il-biċċa l-kbira tal-involviment fil-komunità u l-volontarjat isseħħ f’livell lokali u hija organizzata minn gruppi bħal NGOs, għaqdiet komunitarji, klabbs u assoċjazzjonijiet, u mill-awtoritajiet lokali. Ir-responsabbiltà għall-politiki u l-liġijiet dwar l-involviment fil-komunitajiet u l-volontarjat hija f’idejn il-gvernijiet nazzjonali tat-28 Stat Membru tal-UE. Din ir-responsabbiltà tista' wkoll tiġi mgħoddija lill-gvernijiet reġjonali u lokali, skont kif ikun organizzat il-pajjiż.

Il-Kummissarju Ewropew għaż-Żgħażagħ u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jgħinu lill-Istati Membri jagħmlu titjib f'dan il-qasam billi jissuġġerixxu politiki ġodda, iwettqu riċerka u jmexxu proġetti, u jieħdu sehem fl-iskambju ta’ prattiki tajba bejn il-pajjiżi differenti. Dan isir f'kooperazzjoni mal-Istati Membri permezz tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, li għandha taqsima speċifika dwar l-Attivitajiet Volontarji.

Minbarra dan, il-Kummissjoni Ewropea tmexxi wkoll l-inizjattivi internazzjonali tal-volontarjat tas-Servizz Volontarju Ewropew (EVS) (parti mill-programm Erasmus+) u tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-EU (EU Aid Volunteers). Tgħin ukoll fil-promozzjoni tal-volontarjat bis-saħħa tal-Portal Għaz-Żgħażagħ Ewropej u billi tipprovdi l-finanzjament permezz tal-programm Erasmus+.

ipparteċipa

Grazzi ħafna għall-kontribuzzjonijiet kollha tiegħek għal din il-mistoqsija. Attwalment dawn qed jiġu analizzati u mibdulin fi proposti li int tista' tirrejtja mid-data li tidher hawn fuq – jekk jogħġbok irritorna fiha u rrejtja dawn l-ideat kollha! Sadattant, tista’ tara l-kontribuzzjonijiet kollha li ġew ippowstjati għal din il-mistoqsija.

mistoqsijiet kollha

1

ara

Kif nistgħu nispiraw aktar żgħażagħ bħalek biex ikunu voluntiera?

X’jista’ jsir biex aktar żgħażagħ bħalek ikunu motivati biex iwettqu l-volontarjat fil-komunitajiet tiegħek? Kif nistgħu nbiddlu l-attitudni taż-żgħażagħ biex il-volontarjat ikun aktar aċċettabbli u attraenti għalihom? U min taħseb għandu jkun responsabbli għal dan - iż-żgħażagħ stess, l-iskejjel, il-kulleġġi, l-universitajiet, l-NGOs, min jimpjega, il-gvernijiet lokali, il-gvernijiet nazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea, eċċ.?

2

ara

X’inhu l-aħjar mod biex ninfurmawk dwar kif tista’ tkun voluntier fil-komunità tiegħek?

Hemm ħafna modi differenti kif tista’ tkun voluntier fil-komunità tiegħek, u ħafna organizzazzjonijiet qed ifittxu żgħażagħ biex jinvolvu lilhom infushom. Kif nistgħu nagħmluha eħfef għalik biex issib proġetti u organizzazzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ interess għalik? Liema huma l-aħjar modi biex int tkun konxju li teżisti din l-informazzjoni?

3

ara

X’għandna nagħmlu biex niżguraw li int tkun rikonoxxut kif xieraq għall-ħidma volontarja tiegħek?

Il-volontarjat jista’ jkun xogħol iebes u joħodlok ħafna ħin, iżda jista’ jkun ukoll mod mill-aqwa biex titgħallem ħiliet ġodda li se jkunu utli meta se tipprova ssib xogħol jew tidħol f’kulleġġ jew università. Kif nistgħu niżguraw li tiġi rikonoxxut għall-ħidma kollha tiegħek? U x’irid isir biex niżguraw li l-kumpaniji u oħrajn jifhmu u jaċċettaw bis-sħiħ il-ħiliet ġodda li jiksbu l-voluntiera żgħażagħ?

4

ara

X’għandu jsir aktar biex ikun eħfef għalik li tibda tkun involut fil-volontarjat?

X’irid jinbidel aktar biex ikun eħfef għalik u żgħażagħ oħra bħalek li tkunu voluntiera fil-komunitajiet tagħkom? Pereżempju, tista’ taffordja li tkun voluntier? Jew ix-xogħol jew l-istudju ma jħallulekx biżżejjed ħin għall-volontarjat? Hemm kwistjonijiet ta’ sistemi ta’ assigurazzjoni, saħħa jew sigurtà soċjali li jagħmluha diffiċli biex tkun voluntier? Hemm xi ħaġa oħra? Għidilna!

agħti l-opinjoni tiegħek

Grazzi ħafna għall-kontribuzzjonijiet kollha tiegħek għal din il-mistoqsija. Attwalment dawn qed jiġu analizzati u mibdulin fi proposti li int tista' tirrejtja mid-data li tidher hawn fuq – jekk jogħġbok irritorna fiha u rrejtja dawn l-ideat kollha! Sadattant, tista’ tara l-kontribuzzjonijiet kollha li ġew ippowstjati għal din il-mistoqsija.

1 Kif nistgħu nispiraw aktar żgħażagħ bħalek biex ikunu voluntiera?

X’jista’ jsir biex aktar żgħażagħ bħalek ikunu motivati biex iwettqu l-volontarjat fil-komunitajiet tiegħek? Kif nistgħu nbiddlu l-attitudni taż-żgħażagħ biex il-volontarjat ikun aktar aċċettabbli u attraenti għalihom? U min taħseb għandu jkun responsabbli għal dan - iż-żgħażagħ stess, l-iskejjel, il-kulleġġi, l-universitajiet, l-NGOs, min jimpjega, il-gvernijiet lokali, il-gvernijiet nazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea, eċċ.?

  • Żguraw li t-tfal minn età żgħira jingħataw informazzjoni l-iskola dwar il-benefiċċji tal-volontarjat

    Current rating: 4.4 / 5 285 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Ippromwovu stejjer mill-ħajja reali tal-volontiera

    Current rating: 4.3 / 5 176 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Ipprovdu inċentivi fil-għamla ta' premju u/jew ċerimonja ta' għoti ta' premjijiet

    Current rating: 2.7 / 5 102 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Ipprovdu varjetà iktar wiesgħa ta' opportunitajiet ta' divertiment li jistgħu jintgħażlu, kemm lokalment jew iktar lil hinn

    Current rating: 4.1 / 5 118 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Ipprovdu appoġġ u riżorsi liż-żgħażagħ sabiex imexxu l-proġetti ta' volontarjat informali tagħhom stess

    Current rating: 4.4 / 5 108 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Agħmlu l-bini ta' komunitajiet parti mill-kurrikulu tal-iskola

    Current rating: 3.8 / 5 116 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Agħmlu l-esperjenzi tax-xogħol volontarju rekwiżit biex wieħed jidħol l-università, flimkien ma' diplomi tal-iskola sekondarja

    Current rating: 2.4 / 5 104 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Agħmlu serje tat-televiżjoni fejn il-karattru ewlieni jkun volontier

    Current rating: 2.2 / 5 93 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Involvu nies magħrufin fil-promozzjoni tal-volontarjat

    Current rating: 2.5 / 5 91 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Agħmlu l-esperjenzi tax-xogħol volontarju rekwiżit għal impjiegi, bħall-kwalifiki

    Current rating: 2.6 / 5 115 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
2 X’inhu l-aħjar mod biex ninfurmawk dwar kif tista’ tkun voluntier fil-komunità tiegħek?

Hemm ħafna modi differenti kif tista’ tkun voluntier fil-komunità tiegħek, u ħafna organizzazzjonijiet qed ifittxu żgħażagħ biex jinvolvu lilhom infushom. Kif nistgħu nagħmluha eħfef għalik biex issib proġetti u organizzazzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ interess għalik? Liema huma l-aħjar modi biex int tkun konxju li teżisti din l-informazzjoni?

  • Ipprovdu riżorsi u appoġġ lill-iskejjel sabiex jipprovdu informazzjoni aħjar dwar il-benefiċċji tal-volontarjat u dwar kif wieħed jista jinvolvi ruħu

    Current rating: 4.8 / 5 96 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Użaw midja soċjali biex tixxerjaw informazzjoni dwar opportunitajiet speċifiċi

    Current rating: 4.5 / 5 81 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Tejbu l-koordinazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet li joffru opportunitajiet ta' volontarjat u universitajiet sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jisimgħu dwar opportunitajiet li huma rilevanti għall-istudji tagħhom

    Current rating: 4.8 / 5 69 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Oħolqu materjal u kampanji promozzjonali attraenti (eż.kampanji tat-TV, kampanji online, kampanji offline)

    Current rating: 4.1 / 5 42 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Oħolqu applikazzjoni tal-midja soċjali b'informazzjoni dwar opportunitajiet kif tiġi involut fiż-żona lokali tiegħek u li turihom fuq mappa virtwali

    Current rating: 4.5 / 5 51 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Tejbu l-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ sabiex ikun jista' jiġi aġġornat iktar faċilment

    Current rating: 4.1 / 5 47 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Investu fil-promozzjoni tal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ sabiex isir il-post li jirreferu għalih il-volontiera u l-organizzazzjonijiet kollha

    Current rating: 4.2 / 5 53 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Żguraw li jkun hemm posters dwar il-volontarjat f'kull klassi fl-iskejjel

    Current rating: 2.5 / 5 44 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Ibdew kampanja massiva "Inti tista' tirnexxi" li taħdem b'numru ta' proġetti lokali u tkun ippreżentata fl-iskejjel

    Current rating: 3.5 / 5 40 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Inkoraġixxu lill-ġenituri u lill-għalliema jinvolvu lilhom infushom b'mod attiv fil-komunitajiet tagħhom

    Current rating: 4.3 / 5 49 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
3 X’għandna nagħmlu biex niżguraw li int tkun rikonoxxut kif xieraq għall-ħidma volontarja tiegħek?

Il-volontarjat jista’ jkun xogħol iebes u joħodlok ħafna ħin, iżda jista’ jkun ukoll mod mill-aqwa biex titgħallem ħiliet ġodda li se jkunu utli meta se tipprova ssib xogħol jew tidħol f’kulleġġ jew università. Kif nistgħu niżguraw li tiġi rikonoxxut għall-ħidma kollha tiegħek? U x’irid isir biex niżguraw li l-kumpaniji u oħrajn jifhmu u jaċċettaw bis-sħiħ il-ħiliet ġodda li jiksbu l-voluntiera żgħażagħ?

  • Ipprovdu ċertifikati lil kull volontier li juru l-azzjonijiet u l-ħiliet miksuba fil-volontarjat

    Current rating: 4.5 / 5 88 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Żguraw li l-politiki ta' impjieg globali jirrikonoxxu l-ħiliet miksuba permezz tal-volontarjat

    Current rating: 4.8 / 5 72 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Ipprovdu krediti tal-edukazzjoni għax-xogħol volontarju

    Current rating: 4.2 / 5 59 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Agħmluha iktar faċli għaż-żgħażagħ li għamlu volontarjat biex isibu impjieg

    Current rating: 4.5 / 5 54 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Agħmlu mezz li l-kumpaniji jitkellmu b'mod pubbliku dwar l-azzjonijiet tagħhom ta' Responsabbiltà Korporattiva Soċjali

    Current rating: 4.2 / 5 42 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Ikkomunikaw dikjarazzjonijiet mill-volontiera sabiex is-soċjetà tifhem u ssir konxja tar-rwol essenzjali tal-volontiera

    Current rating: 4.1 / 5 44 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Żguraw sensibilizzazzjoni dwar il-Youthpass fost l-impjegaturi

    Current rating: 4 / 5 51 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Ipprovdu referenzi ta' kwalità lill-eks-volontiera sabiex ikunu jistgħu jużawhom meta japplikaw għal impjiegi (eż. ittra ta' referenza)

    Current rating: 4.7 / 5 73 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
4 X’għandu jsir aktar biex ikun eħfef għalik li tibda tkun involut fil-volontarjat?

X’irid jinbidel aktar biex ikun eħfef għalik u żgħażagħ oħra bħalek li tkunu voluntiera fil-komunitajiet tagħkom? Pereżempju, tista’ taffordja li tkun voluntier? Jew ix-xogħol jew l-istudju ma jħallulekx biżżejjed ħin għall-volontarjat? Hemm kwistjonijiet ta’ sistemi ta’ assigurazzjoni, saħħa jew sigurtà soċjali li jagħmluha diffiċli biex tkun voluntier? Hemm xi ħaġa oħra? Għidilna!

  • Ipprovdu appoġġ finanzjarju li jkopri l-ispejjeż u jneħħi l-miżati tas-sigurtà soċjali u tal-assigurazzjoni tal-volontiera

    Current rating: 4.6 / 5 88 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Agħmluha possibbli li tapplika għal opportunitajiet ta' volontarjat individwalment bħallikieku qed tapplika għal impjieg - jiġifieri ma jkunx hemm bżonn ta' organizzazzjoni mittenti

    Current rating: 4.1 / 5 69 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Oħolqu iktar opportunitajiet fuq perjodu qasir li tista' ssir ukoll applikazzjoni għalihom ftit qabel

    Current rating: 4.4 / 5 75 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Ippromwovu u pprovdu appoġġ għaż-żgħażagħ mill-partijiet kollha tas-soċjetà

    Current rating: 4.7 / 5 60 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Appoġġjaw lis-servizzi soċjali biex jgħinu liż-żgħażagħ li huma esklużi soċjalment biex jinvolu ruħhom

    Current rating: 4.9 / 5 60 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Ipprovdu iktar opportunitajiet għal żgħażagħ taħt it-18-il sena u estendu l-limitu tal-età sa 35 sena

    Current rating: 4.7 / 5 96 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Itolbu lill-impjegaturi u lill-universitajiet biex ikunu iktar flessibbli sabiex jakkomodaw impjenji ta' volontarjat

    Current rating: 4.6 / 5 59 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Ippermettu lil gruppi ta' ħbieb jivvolontarjaw fi proġetti flimkien

    Current rating: 3.6 / 5 58 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Oħolqu rabtiet bejn l-iskejjel u organizzazzjonijiet lokali li jeħtieġu volontiera

    Current rating: 4.6 / 5 69 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Żguraw li NGOs ġodda wkoll ikollhom ċans jirċievu finanzjament għal volontarjat

    Current rating: 4.2 / 5 56 votes
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Issimplifikaw il-proċess (eż. proċeduri ta' akkreditazzjoni) għall-organizzazzjonijiet – b'dak il-mod l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu joffru iktar opportunitajiet ta' volontarjat

    Current rating: 5 / 5 1 vote
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.
  • Oħolqu ftehimiet standard mas-settur privat (eż. il-volontarjat għandu jagħti vantaġġ lill-persuna għal rati tat-taxxa jew meta japplikaw għal ipoteki)

    Current rating: 5 / 5 1 vote
    Daħħal il-karattri li qed jidhru fl-istampa.

feedback

Din il-konsultazzjoni għadha għaddejja, u għalhekk ir-riżultati għadhom mhumiex disponibbli. Jekk tagħtina l-indirizz elettroniku tiegħek wara li tkun tajt idea jew suġġeriment, nibagħtulek email ta' aġġornament minn żmien għall-ieħor. (Jekk ma tixtieqx tkompli tirċievi dawn l-emails, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz tal-indirizz fit-taqsima tal-Kuntatt.)

Tistgħu wkoll iżżommu aġġornati ma' din il-konsultazzjoni permezz tal-profil tal-Facebook tagħna u fuq Twitter bl-użu tal-hashtag #AskNavracsics.

Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni se jintemm 31/12/2016, u malli jkun spiċċa l-proċess tal-klassifikazzjoni, ir-riżultati jiġu kkalkulati awtomatikament u jintwerew għal kull mistoqsija.

Il-proposti u l-klassifikazzjoni tagħhom imbagħad jiġu analizzati biex nifhmu aħjar dak li jeħtieġ isir u min huwa fl-aħjar qagħda biex jagħmel dan, pereżempju dak li jeħtieġ isir f'livell Ewropew, jew min għandu r-responsabbiltà fil-gvernijiet nazzjonali biex iġib il-bidla.

Huwa ppjanat li l-Kummissarju jħabbar ir-riżultati finali u kif biħsiebu jwettaqhom. Ir-riżultati u l-pjanijiet għas-segwitu ta' dawn l-ideat se jiġu wkoll ippubblikati hawn wara l-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ.

Kuntatt

Din il-konsultazzjoni qed titmexxa mill-unità tal-Politika taż-Żgħażagħ tad-DĠ Edukazzjoni u Kultura tal-Kummissjoni Ewropea, f’isem il-Kummissarju Ewropew għaż-Żgħażagħ, Tibor Navracsics.

Jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar din il-konsultazzjoni, jew jekk ma tixtieqx tibqa' tirċievi emails mingħandna, jekk jogħġbok ikkuntattjana bil-posta elettronika fuq: eac-eyp@ec.europa.eu

Tista’ wkoll tikkuntattjana permezz tal-profil tal-Facebook tagħna jew fuq Twitter @EuropeanYouthEU.