Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.


Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Dinja Bla Perikli

A picture
© United Nations

X'inhuma n-Nazzjonijiet Uniti?

In-Nazzjonijiet Uniti huma organizzazzjoni internazzjonali li tgħaqqad 193 pajjiż biex jaħdmu flimkien favur il-paċi u s-sigurtà internazzjonali, jiżviluppaw relazzjonijiet ta' ħbiberija, u jippromwovu l-progress soċjali, livelli tal-għajxien aħjar u d-drittijiet tal-bniedem.

X'jagħmlu eżattament?

Jista' jkun li smajt dwar in-Nazzjonijiet Uniti (NU) għall-attivitajiet taż-żamma tal-paċi, l-assistenza fil-kunflitti u l-għajnuna umanitarja, iżda l-ħidma tagħhom tmur lil hinn minn dan kollu.

 

Isalvaw il-ħajja

  • jipprovdu l-ikel lil 90 miljun persuna fi 73 pajjiż
  • jipprovdu tilqim lil 58% tat-tfal fid-dinja, u b'hekk isalvaw 2.5 miljun ħajja fis-sena
  • jippromwovu s-saħħa materna, u b'hekk isalvaw il-ħajja ta' 30 miljun mara fis-sena
  • jassistu lil aktar minn 36 miljun refuġjat u nies li jkunu qed jaħarbu l-gwerer, il-ġuħ jew il-persekuzzjoni
  • jimmobilizzaw US$ 12.4 biljun f'għajnuna umanitarja biex jgħinu lill-persuni milquta mill-emerġenzi

 

Ambjent

  • jgħinu fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima
  • imexxu kampanja biex itemmu l-użu ta' fjuwil li fih iċ-ċomb f'aktar minn 100 nazzjon

 

¯amma tal-paċi

  • jibagħtu 120,000 persuna biex jgħinu fiż-żamma tal-paċi f'4 kontinenti

 

Drittijiet tal-bniedem u demokrazija

  • jippromwovu d-demokrazija, jgħinu lil madwar 30 pajjiż fis-sena bl-elezzjonijiet tagħhom
  • iħarsu u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem fuq il-post u permezz ta' 80 trattat/dikjarazzjoni

 

Faqar

  • għenu lil 370 miljun persuna li jgħixu f'żoni rurali għal ħajja aħjar f'dawn l-aħħar 30 sena

Għalkemm in-NU ma jagħmlux liġijiet, jipprovdu l-mezzi biex jippruvaw isibu soluzzjoni għall-kunflitti internazzjonali u jfasslu politiki dwar kwistjonijiet li jolqtu lil kull wieħed u waħda minna.

 

Kif inhuma strutturati?

Hemm 6 istituzzjonijiet ewlenin tan-NU – b'5 minnhom ibbażati fi New York:

Is-sitt wieħed, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, tinsab fl-Aja fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Il-Kwartieri Ġenerali tan-NU jinsabu fi New York, fejn il-membri jiltaqgħu ta' spiss biex jiftiehmu dwar kif se jsolvu l-kwistjonijiet dinjin. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, fl-24 ta' Ottubru 1945, 51 pajjiż ħolqu n-Nazzjonijiet Uniti bħala impenn biex jippreżervaw il-paċi. Illum il-ġurnata, kważi kull pajjiż fid-dinja jagħmel parti min-NU.