Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© shutterstock.com - YanLev

X'inhu l-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej?

Il-leħen taż-żgħażagħ fl-Ewropa, dan il-forum jippromwovi l-interessi tagħhom u jħeġġiġhom jipparteċipaw aktar fis-soċjetà.

Il-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej (FŻE) huwa organizzazzjoni ċentrali għal gruppi nazzjonali taż-żgħażagħ membri tal-organizzazzjonijiet tal-FŻE madwar l-Ewropa, magħmul minn kunsilli nazzjonali taż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet non-governattivi internazzjonali taż-żgħażagħ. Flimkien jirrappreżentaw l-interessi ta' għexur ta' miljuni ta' żgħażagħ minn madwar il-kontinent.

 

X'inhuma l-għanijiet tal-Forum taż-żgħażagħ Ewropej?

Jaħdem biex:

  • jagħti s-setgħa u jħeġġeġ iż-żgħażagħ jipparteċipaw b'mod attiv fit-tfassil tas-soċjetà – u speċjalment għal Ewropa iktar integrata
  • jippromwovi d-drittijiet u l-opportunitajiet għalihom
  • itejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħajja għalihom
  • isemma' leħinom fl-Ewropa, fejn iż-żgħażagħ huma ċittadini ugwali u huma mħeġġa u appoġġjati biex jilħqu l-ogħla potenzjal possibbli tagħhom bħala ċittadini dinjin

 

Kif isir dan?

Billi:

  • jattira iktar żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ biex jieħdu sehem fi proġetti soċjali, u speċjalment fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet
  • jinfluwenza l-politiki li jaffettwaw liż-żgħażagħ, billi jkun sieħeb rikonoxxut għal istituzzjonijiet internazzjonali bħall-Unjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Ewropa u n-Nazzjonijiet Uniti
  • iħeġġeġ l-entitajiet tat-tfassil tal-politika biex jitqiesu l-kwistjonijiet taż-żgħażagħ fl-oqsma kollha ta' politika
  • joħloq organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ vijabbli u ġenwinament indipendenti – kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali – partikolarment billi jinsisti għal iffinanzjar adegwat
  • jgħaqqad lil żgħażagħ minn ambjenti u pajjiżi differenti biex jisimgħu u japprezzaw l-ideat u l-esperjenzi tagħhom mal-oħrajn
  • jadotta l-ftehim interkulturali, id-demokrazija, ir-rispett, id-diversità, id-drittijiet tal-bniedem, iċ-ċittadinanza attiva u s-solidarjetà
  • jikkontribwixxi għall-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ f'partijiet oħra tad-dinja.

 

Kampanji tal-FŻE

Kampanji reċenti tal-FŻE għandha l-għan li tħeġġeġ il-gvernijiet u n-negozji (u ż-żgħażagħ infushom) biex jinvestu aktar fiż-żgħażagħ billi jħeġġu l-voluntiera u l-attivisti żgħażagħ biex jaħsbu mill-ġdid u jitolbu lura l-futur tagħhom permezz tal-komunità globali onlajn Love Youth Future. Iż-żgħażagħ huma mistiedna biex jaqsmu l-ideat tagħhom ma' oħrajn li jemmnu li ż-żgħażagħ jistgħu jbiddlu l-preżent f'futur pożittiv.