Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Drittijietek

European Year of Citizens
© European Commission

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013

Matul l-2013, l-UE se torganizza mewġa ta' avvenimenti biex titqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom – speċjalment meta jivvjaġġaw f'pajjiż ieħor tal-UE. Għalfejn dan kollu?

X'inhi?

Ħafna nies, żgħażagħ u anzjani, mhumiex konxji dwar id-drittijiet li għandhom bħala ċittadini tal-Unjoni Ewropea, speċjalment dawk marbuta ma' għajxien f'pajjiż ieħor tal-UE. Bħalma huma:

  • id-dritt li jkunu rikonoxxuti l-kwalifiki tiegħek
  • id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier li tivvjaġġa fl-Ewropa
  • u bħala konsumatur jew xerrej, li tixtri minn barra
  • l-aċċess għall-kura tas-saħħa u s-sigurtà soċjali
  • l-istudju barra minn pajjiżek permezz ta' programmi bħal Erasmus

 

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini għandha l-għan li teduka lin-nies dwar dawn id-drittijiet, sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati fil-ħajja personali tagħhom. Din hi opportunità għan-nies fl-Ewropa kollha biex:

  • jitgħallmu dwar id-drittijiet u l-opportunitajiet speċifiċi tagħhom
  • jiddiskutu l-ostakli li jwaqqfuhom milli je¿erċitaw bis-sħiħ dawn id-drittijiet – u jiġġeneraw proposti speċifiċi biex jindirizzawhom
  • in-nies ikunu mħeġġa biex jipparteċipaw fil-forums ċiviċi dwar politiki u kwistjonijiet tal-UE.

 

X'se jiġri?

Konferenzi, seminars u attivitajiet oħra li jqajjmu kuxjenza u l-avvenimenti organizzati matul l-2013 se jisħqu fuq drittijietek meta tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, kemm għal xogħol, studju jew għal raġuni oħra.

Għad-dettalji dwar l-avvenimenti fiż-żona tiegħek, agħti daqqa t'għajn lejn il-websajt uffiċjali tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini.