Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Ibda l-vjaġġ tiegħek

A picture
© shutterstock.com - Yuri Arcurs

Se tivvjaġġa fl-UE? Tinsiex il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea

Li tippakkja sew għall-mawra tiegħek barra minn pajjiżek hu importanti. Forsi l-iktar ħaġa importanti hi l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea li tagħtik aċċess għall-kura tas-saħħa fl-Ewropa.

Meta tivvjaġġa f'pajjiż ieħor, hemm mitt elf ħaġa x'tiftakar, biex ma nsemmux il-passaport/il-karta tal-identità tiegħek. Iżda ma tkunx idea ħażina jekk taħseb f'dak li jista' jiġri ladarba tasal. Jekk timrad meta tkun qed tivvjaġġa, il-karta tal-identità  mhix se tkun biżżejjed – se jkollok bżonn il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC).

 

Kif taħdem?

Din il-karta hi maħsuba biex tiżgura li tikseb kura tas-saħħa mill-Istat meta tkun fuq mawra f'pajjiż ieħor, tkun qed tistudja jew tagħmel volontarjat xi mkien ieħor fl-UE (kif ukoll fl-Islanda, il-Lichtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera) jekk timrad għall-għarrieda.

L-EHIC ma tiħux post l-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, iżda meta tkun f'pajjiż barrani tiggarantilek kura medika bl-istess kundizzjonijiet u bl-istess spejjeż bħaċ-ċittadini assigurati f'dak il-pajjiż. Jekk il-kura medika tkun bla ħlas għar-residenti lokali, int ma jkollokx tħallas. Jekk il-pajjiż jirrikjedi ħlas, tista' titlob rimborż hemmhekk jew tagħmel talba lill-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek la tasal lura f'pajjiżek. Ftakar dejjem li tirċievi lura l-ispejjeż skont ir-regoli tal-pajjiż fejn tirċievi l-kura u li s-sistema tal-kura tas-saħħa ta' kull pajjiż hi differenti. Għalhekk, servizzi li huma b'xejn f'pajjiżek jistgħu jkunu bi ħlas f'pajjiż ieħor.

Nagħtuk il-parir li tikseb assigurazzjoni tas-saħħa addizzjonali, speċjalment għal sitwazzjonijiet li mhumiex koperti mill-EHIC. Pereżempju, jekk ikollok bżonn tim tas-salvataġġ, kura tas-saħħa privata jew vjaġġ lura f'pajjiżek li mhux koperti mill-EHIC.

 

Minn fejn tista' ġġibha?

Dan is-servizz hu għal kull minn hu assigurat jew kopert minn sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat fis-27 pajjiż tal-UE, l-Islanda, in-Norveġja jew l-Isvizzera. Il-karta personali tista' tinkiseb faċilment mill-awtorità lokali tas-saħħa fil-pajjiż ta' residenza tiegħek - iċċekkja s-servizz nazzjonali tiegħek onlajn.

Biex tħaffiflek ħajtek, il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea żviluppat app tal-mowbjal ippakkjata bl-informazzjoni kollha li tkun teħtieġ meta tkun barra minn pajjiżek. L-app tal-ismartphone isservi ta' gwida għall-utenti tal-EHIC, b'pariri prattiċi għal sitwazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu barra minn pajjiżek – inkluż in-numru Ewropew ta' emerġenza, il-112, u daqqa t'għajn lejn l-ispejjeż potenzjali tal-kura. Din l-app, li hi kompatibbli mal-mowbajls iOS, Android u Windows 7, tinstab f'24 lingwa differenti; tħallik ukoll tbiddel bejn lingwa u oħra, u tagħmillek il-komunikazzjoni ħafna eħfef jekk għadu ma rnexxilekx tagħmel kors f'dawk il-lingwi.

 

L-istorja ta' Anna

Anna hi koperta mill-assigurazzjoni tas-saħħa tal-Istat fil-pajjiż tal-UE A u se tqatta' ftit xhur fil-pajjiż tal-UE B biex tispiċċa l-istudji tagħha. Għandha l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea magħha, maħruġa fil-pajjiż A. Hi tqila u se twelled waqt li tkun tinsab fil-pajjiż B. It-tqala u t-twelid huma meqjusa bħala kura medika urġenti, u għalhekk Anna se tikseb l-għajnuna medika neċessarja fil-pajjiż B meta tippreżenta l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea u l-karta tal-identità tagħha.

Anna se tiġi ttrattata fil-pajjiż B daqslikieku kienet assigurata f'dak il-pajjiż. Dan ifisser li jekk il-kura hi bla ħlas għall-persuni assigurati hemmhekk, se tkun bla ħlas għal Anna wkoll. Jekk hi sistema fejn ikollok tħallas u mbagħad tapplika għal rimborż, Anna se jkollha tħallas l-istess bħar-residenti assigurati hemmhekk, u mbagħad tapplika għal rimborż. Għandha tapplika għar-rimborż fil-pajjiż B, fejn tkun rimborżata bl-istess rati bħar-residenti assigurati hemmhekk (il-pajjiż B mbagħad jikkomunika mal-awtoritajiet tas-saħħa fil-pajjiż A, fejn Anna hi assigurata, biex tieħu l-flus lura).