Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© iStockphoto.com - skynesher

Opportunitajiet ta' apprendistati

Probabbilment l-apprendistati huma l-aħjar mod biex tiffamiljarizza ruħek mad-dinja tax-xogħol filwaqt li tikseb esperjenza u ħiliet prattiċi għall-karriera futura tiegħek.

L-apprendistati huma esperjenzi ta' tagħlim temporanji, minn 3 xhur sa sena, li normalment tagħmilhom wara li tiggradwa iżda qabel l-ewwel impjieg tiegħek. F'xi każijiet, madankollu, jista' jkun li jkollok bżonn tagħmel apprendistat sabiex tiggradwa.

Dan iż-żmien huwa opportunità għalik biex tapplika l-għarfien li tkun ksibt matul l-edukazzjoni tiegħek f'ambjent reali ta' xogħol. L-apprendistati kollha għandhom joffrulek esponiment għal qasam professjonali fl-industrija jew f'qasam ieħor, b'enfasi ċara u bi proġett speċifiku li għandek tlesti. Il-kompiti tiegħek u r-riżultati ta' tagħlim mistennija minnek għandhom ikunu mniżżla fi ftehim bil-miktub dwar l-apprendistat.

 

Madankollu, mhux l-apprendistati kollha jimxu ma' dawn il-linji gwida – u hu għalhekk li l-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej abbozza Karta lejn il-kwalità tat-taħriġ intern u l-apprendistati . Dan id-dokument għandu l-għan li jistabbilixxi kriterji ta' kwalità għall-apprendistati u jistieden lill-fornituri biex jimpenjaw ruħhom għal dawn l-istandards ta’ kwalità.

 

F'pajjiżek jew barra minn pajjiżek, f'organizzazzjonijiet internazzjonali, f'istituzzjonijiet pubbliċi jew f'kumpaniji privati, jeżistu ħafna opportunitajiet ta' apprendistati kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha. Eurodesk jipprovdi lista aġġornata ta' dawn l-opportunitajiet ta' apprendistati.