Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Skopri d-Dinja

A picture
© shutterstock.com - William Perugini

Netwerk Dinji ta' Azzjoni taż-Żgħażagħ

Hu aktar faċli li tbiddel id-dinja meta tkun fi grupp milli waħdek. In-Netwerk Dinji ta' Azzjoni taż-Żgħażagħ jikkonċentra l-poter taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li jirrappreżentaw biex jintlaħaq dan l-għan.

X’inhu n-Netwerk Dinji ta' Azzjoni taż-Żgħażagħ (GYAN)?

Il-GYAN hu organizzazzjoni taż-żgħażagħ internazzjonali li toħloq alleanza bejn il-movimenti taż-żgħażagħ fid-dinja kollha, tħeġġeġ il-kollaborazzjoni biex timmassimizza l-impatt kollettiv tal-azzjoni taż-żgħażagħ.

X'joffri?

  • Komunità onlajn b'għodda fuq l-internet li tappoġġa l-kooperazzjoni bejn iż-żgħażagħ
  • Informazzjoni u riżorsi
  • Opportunitajiet għalik biex tieħu sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell dinji, taħdem ma' nies b'etajiet differenit u tagħmel differenza!

 

X’hemm għalik?

L-organizzazzjoni tiegħek tista' tingħaqad mal-Global Youth Action Network – li tirrappreżenta alleanza enormi u dejjem tikber ta' organizzazzjonijiet immexxijin miż-żgħażagħ u li jservu liż-żgħażagħ minn aktar minn 190 pajjiż.

 

X'kiseb il-GYAN s'issa?

  • Għen biex jintlaħaq livell rekord ta' Delegati ¯għa¿agħ uffiċjali għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2000 u jkompli jgħin li¿-¿għa¿agħ jinvolvu ruħhom fil-ħidma tan-NU.
  • Stabbilixxa Kunsilli Konsultattivi għall-aġenziji tan-NU, il-gvernijiet u l-NGOs.
  • Identifika l-kwisjotnijiet li jiffaċċaw il-gruppi ta¿-¿għa¿agħ u għenhom skont il-b¿onn, permezz ta' koalizzajonijiet bħall-Global Youth Coalition on HIV/AIDS (GYCA), il-Youth Movement for Democracy, u oħrajn.
  • Ħeġġeġ li¿-¿għa¿agħ biex jieħdu sehem attiv biex jilħqu l-Għanijiet ta' ¯vilupp għall-Millennju.