Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.


Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Arti u divertiment

A picture
© shutterstock.com - Masson

L-iskambji internazzjonali għall-artisti

Bħala artist, xogħol f'pajjiż ieħor jista' jipprovdilek sorsi ġodda ta' ispirazzjoni. Takkwista l-esperjenza u t-tagħrif u tista’ wkoll tkabbar l-udjenza tiegħek jew tibda sħubija.

Iċ-ċaqliq tal-artisti u tal-professjonisti kulturali bejn il-pajjiżi għandu rwol ewlieni fid-diversità kulturali u fid-djalogu interkulturali. Billi tivvjaġġa lil hinn mill-fruntieri tista’ testendi l-iskop tal-attivitajiet tiegħek, tagħti ċans lill-kreazzjonijiet tiegħek jevolvu u taqsam l-esperjenzi u titgħallem minn artisti oħrajn. It-talent kreattiv jiċċirkola b'mod aktar ħieles bejn il-fruntieri u jagħmilha aktar possibbli għall-kooperazzjoni u l-iskambji b'riżultati tajbin bejn artisti minn diversi ambjenti kulturali u  tradizzjonijiet artistiċi.

 

Fejn tibda?

Qabel ma tiddeċiedi dwar il-programm ta’ mobilità jew ta' residenza għall-artisti, jeħtieġlek tirrifletti dwar x'qed jimmotivak. Jeħtieġlek tkun żgur mir-raġunijiet għala tixtieq tgħix u taħdem xi mkien ieħor.

Li tagħżel fost l-opportunitajiet disponibbli kollha jista’ jkun tassew inkargu diffiċli, iżda hemm xi mistoqsijiet li tista’ tistaqsi lilek innifsek biex dan tagħmlu eħfef bħal:

  • Liema reġjun u liema dixxiplina jinteressawk?
  • Liema forma ta’ residenza tgħodd l-aktar għalik?
  • Liema faċilitajiet tal-arti teħtieġ?

Imbagħad trid tikkunsidra l-applikazzjonijiet u l-fondi. Il-proċeduri tal-applikazzjoni jvarjaw bil-kbir u l-parteċipazzjoni tiġi ppjanata minn żmien twil qabel. Ċerti programmi ta' residenza jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż kollha, mentri wħud minnhom ma jagħmlux tajjeb għall-ispejjeż u oħrajn jagħmlu tajjeb għal parti minnhom. Kun ċert dwar il-baġit qabel ma titlaq!

 

L-inserzjoni tiegħi fil-Casita Maria Arts and Education Centre fil-Bronx kienet bil-bosta ta’ benefiċċju għall-proġett artistiku li kelli. Mhux biss ippermettietli nikkollabora ma’ komunità unika fil-Bronx – xi ħaġa integrali għal xogħli – iżda pprovdietli wkoll spazju kbir għall-istudju (il-ġinnasju tal-iskola) fejn stajt noħloq ħoss amplifikat, nittestja l-projezzjonijiet u niżviluppa l-proġett. L-istaff tal-Casita kien ukoll tassew ta' għajnuna u entużjażmat dwar artist internazzjonali fil-qasam tal-multimidja li kien qed jaħdem fostu. Il-ħolqien ta’ xogħol multimidja kumpless u b'teknoloġija avvanzata f'ġinnasju fil-Bronx kien esperjenza xi ftit surreali iżda li mexxiet ix-xogħol 'il quddiem tremendament.
Mark Bolotin, mill-Awstralja, kien New York fl-2012

 

Fejn tfittex?

Il-Fondazzjoni Trans Artists hi ċentru ta’ tagħrif dwar il-mobilità kulturali, b’enfasi qawwija fuq il-programmi ta’ artisti residenti.

On the move hu netwerk tal-mobilità kulturali, b’ħarsa ġenerali fuq id-dati ta' għeluq, il-gwidi u l-affarijiet meħtieġa.

e.mobility hi komunità li tippromwovi l-mobilità artistika, fejn l-artisti jistgħu jsibu programm ta’ residenza, jippreżentaw proġetti ta’ residenza u jissuġġerixxu laqgħat.

Residenza bla limitu hu servizz bla ħlas li jwassal informazzjoni aġġornata dwar ir-residenzi tal-arti mad-dinja kollha.

Res artis hu netwerk mad-dinja kollha tar-residenzi tal-artisti.