Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.


Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

L-istejjer tiegħek

Video: 

CY EU Youth and DG Conference 2012


Konferenza taż-Żgħażagħ tal-UE 2012 f'Ċipru

It-tielet fażi taċ-ċiklu tad-Djalogu Strutturat dwar il-"Parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika" iffukat fuq "il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-inklużjoni soċjali".

Mill-11 sat-12 ta' Settembru 2012, 'il fuq minn 100 delegati żgħażagħ (minn pajjiżi kurrenti tal-UE u pajjiżi li jaspiraw li jsiru parti mill-UE, il-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej u l-NGOs internazzjonali taż-żgħażagħ) iltaqgħu flimkien ma' uffiċjali għolja minn gruppi nazzjonali taż-żgħażagħ f'Nikosja, Ċipru, biex jiddiskutu kif il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tista' tippromwovi l-inklużjoni soċjali taż-żgħażagħ.

 

Il-gruppi ta' ħidma enfasizzaw l-importanza li ż-żgħażagħ – u speċjalment l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom – jieħdu sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet, bħala fattur importanti għall-ħolqien ta' soċjetajiet inklużivi, demokratiċi u sinjuri.

 

Din il-konferenza mmarkat it-tielet u l-aħħar fażi taċ-ċiklu tad-Djalogu Strutturat ta' 18-il xahar dwar il-"Parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika".