Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© fotolia.com - Alexander Raths

Ix-Xjenza għall-Bniet Ukoll!

Il-bniet għadhom f’minoranza fix-xjenzi, it-teknoloġija u l-oqsma tar-riċerka fl-Ewropa, avolja juru l-istess kapaċitajiet bħas-subien fix-xjenza u l-matematika fl-iskola. Tħallix it-talent tiegħek jintrema: ix-xjenza jeħtiġilha l-bniet!

Meta ssegwi mogħdija xjentifika, teknoloġika jew ta' inġinerija, int, bħala tifla, tista' tkun responsabbli għall-iskoperta xjentifika kbira li jmiss. Biex tgħinek tiddeċiedi dwar l-impjieg xjentifiku tal-ħolm tiegħek, il-Kummissjoni Ewropea nediet il-kampanja: Ix-Xjenza għall-Bniet Ukoll!

 

X’inhu postok fix-xjenza?

Ilgħab il-kwiżż biex issib l-impjieg xjentifiku tal-ħolm tiegħek. Jekk trid tieħu idea aħjar, iċċekkja meta l-wirja itinerarja Ix-Xjenza għall-Bniet Ukoll! tasal f’pajjiżek. Kisser l-istereotipi u uri lid-dinja li x-xjenza tassew tappartjeni għall-bniet.

Meta taħdem fix-xjenza, int tista’ ttejjeb il-ħajja tal-bniedem. Ma tistax timmaġina dak li tħoss meta tipproteġi l-ambjent, tpoġġi l-ikel f'idejn in-nies u tiġġieled kontra l-faqar? Biex ix-xjenza tuża l-immaġinazzjoni u l-kreattività tiegħek tista’ taħseb dwar xi ħaġa li ħadd qabel ma ħaseb dwarha - aħseb biex tistaqsi u ssegwi l-għerf.

Permezz tad-diversi oqsma tagħha, ix-xjenza tista' tkun ta' opportunità kbira għall-ġejjieni tiegħek. Karriera ta’ riċerka tista’ tagħtik ukoll il-possibbiltà li żżur id-dinja u taħdem ma' tim internazzjonali.

 

 

 

Informazzjoni ta’ sfond

Avolja hawn ħafna nisa b'talent fl-Ewropa u l-maġġoranza tal-gradwati universitarji huma nisa, il-proporzjon ta' nisa f'pożizzjonijiet ewlenin fix-xjenza Ewropea għadu baxx ħafna. Il-gradwati nisa huma severament anqas rappreżentati fl-oqsma tal-inġinerija, il-manifattura, il-kostruzzjoni, ix-xjenza, il-matematika u l-komputazzjoni. Dan qed jiġri għax, minkejja li s-subien u l-bniet juru l-istess interess lejn is-suġġetti xjentifiċi fl-iskola, għadd kbir ta' bniet iwaqqgħu x-xjenza, l-inġinerija u t-teknoloġija biex ikomplu b'suġġetti oħrajn.