Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Opportunitajiet ta' volontarjat

A picture
© iStockphoto.com - mangostock

Il-volontarjat fl-Ewropa

L-attivitajiet volontarji għandhom rwol importanti fl-Ewropa, iżda s-sitwazzjoni hija differenti minn pajjiż għal ieħor. Iċċekkja x-xena tal-volontarjat fl-Ewropa: X'hemm għaddej, kemm nies jivvolontarjaw u kemm għandhom żmien?

Id-definizzjoni tal-volontarjat

Skont il-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej attività tista' tiġi definita biss bħala volontarjat jekk tkun:

  • imwettqa minn persuna bil-volontà tagħha u tinvolvi impenn ta’ ħin u enerġija għall-azzjonijiet li jibbenefikaw lil ħaddieħor u lis-soċjetà kollha kemm hi
  • mhux imħallsa (għalkemm dan jista' jinvolvi rimborż tal-ispejjeż relatati direttament mal-attività)
  • għal skop bla qligħ, li ssir primarjament f'organizzazzjoni mhux governattiva, u għalhekk b’mod ċar ma tkunx motivata minn qligħ materjal jew finanzjarju
  • mhux użata biex tissostitwixxi jew tirrimpjazza impjieg bi ħlas.

 

Il-volontarjat u l-UE

L-istorja tal-volontarjat fl-Ewropa hija differenti minn pajjiż għal ieħor. Filwaqt li xi pajjiżi għandhom tradizzjonijiet twal ta' volontarjat, f'oħrajn is-settur tal-volontarjat għadu mhux qed jiġi żviluppati jew għad irid jemerġi.  Skont stħarriġ tal-2007 ta' Eurobarometer, tlieta minn kull għaxar Ewropej jgħidu li jieħdu sehem f'attivitajiet volontarji. Xi estimi jikkalkolaw in-numru totali ta' volontiera tal-UE fuq 92 sa 94 miljun adult (23% tal-Ewropej kollha 'l fuq minn 15-il sena). Kien hemm żieda ġenerali fl-għadd ta' volontiera attivi u organizzazzjonijiet volontarji fl-UE matul l-aħħar għaxar snin.

Fl-2011, il-Kummissjoni Ewropea nediet is-Sena Ewropea tal-Volontarjat biex tiċċelebra l-isforzi tal-100 miljun Ewropew li ġew stmati li ħadu sehem f'attivitajiet volontarji. Is-Sena kellha wkoll l-għan li tagħmel il-volontarjat aktar faċli għan-nies u li ttejjeb il-kwalità tal-volontarjat fl-Ewropa.

Il-Kummissjoni qed taħdem ukoll biex ittejjeb u tippromwovi l-volontarjat fost iż-żgħażagħ, b'mod partikolari biex tħeġġeġ il-volontarjat bejn il-pajjiżi. Is-Servizz Volontarju Ewropew huwa l-aħjar programm li jgħin liż-żgħażagħ biex jagħmlu volontarjat barra minn pajjiżhom.

 

Il-volontarjat taż-żgħażagħ

Fl-2007, kien hemm 96 miljun żagħżugħ/a bejn il-15 u d-29 sena fl-UE. Madankollu, dawn iċ-ċifri mhumiex imqassma b'mod uniformi bejn il-pajjiżi kollha. In-nazzjonijiet bl-iktar popolazzjonijiet żgħażagħ kienu jinkludu l-Irlanda, Ċipru, is-Slovakkja, u l-Polonja, filwaqt li d-Danimarka, il-Ġermanja u l-Italja kellhom l-inqas żgħażagħ.

Dawn id-differenzi jirriflettu wkoll fil-volontarjat. Il-volontarjat fost iż-żgħażagħ u l-adulti żgħażagħ hu l-aktar komuni fil-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa (bħall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakja u s-Slovenja) u Spanja. Fis-Slovakja, pereżempju, 70% tal-volontiera kollha huma taħt l-età ta’ 30, u fil-Polonja n-numru ta’ volontiera żgħażagħ trippla bejn l-2001 u l-2005. Fil-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent, il-livelli ta' volontarjat huma simili f’kull faxxa ta’ età.

Aħna nafu li l-volontarjat huwa influwenzat ħafna mill-istorja, il-politika u l-kultura tal-komunità jew il-pajjiż, iżda tista' tgħin biex tinbidel it-tradizzjoni u tingħata spinta lill-volontarjat fl-Ewropa. Jista' jkun ukoll li qed tieħu sehem f'attivitajiet volontarji mingħajr ma taf: tagħti daqqa t'id fi klabb tal-isport lokali, tgħin' xi anzjani fil-komunità tiegħek jew tiġbor iż-żibel fil-foresta jew fuq il-bajja. Fil-fatt, l-isport u attivitajiet fil-beraħ huma setturi ewlenin tal-volontarjat fl-Ewropa, segwiti mill-edukazzjoni, l-arti u l-mużika jew assoċjazzjonijiet kulturali.